100 siegħa leave

100 siegħa leave

 

Immaġina li tista´ ttaffi ftit it-tbatija li tgħaddi minnha koppja li tkun għaddejja mit-trattament tal-assistenza riproduttiva, l-IVF.

 

X´tagħmel? Tgħin jew tagħmel il-bsaten fir-roti?

 

Li tagħmel il-bsaten fir-roti hija l-istrateġija u d-deċiżjoni li għażel li jieħu l-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta ħareġ kontra avviż legali li jagħti 100 siegħa leave lill-koppji li jirrikorru għal dan it-trattament.

 

Il-kap il-ġdid tal-Oppożizzjoni – li jidher li lanqas ghadu ikkonvinċa lill-grupp parlamentari tiegħu li hu l-kap il-ġdid – ħareġ bl-iskuża banali li l-mozzjoni ġiet ippreżentata għax hemm żewġ liġijiet li ma jaqblux. Bħal dak li qallu li s-sens komun ma jitlobx li tinbidel il-liġi li hi diskriminatorja.

 

Il-100 siegħa leave huma riżultat ta´emendi fil-liġi tax-xogħol li kienu diskussa u li kien hemm qbil dwarhom. Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni ta´ pajjiżna ma tippermettix diskriminazzjoni fuq bażi ta´ ġeneru.

 

Imma lil hinn mill-kunsiderazzjonijiet politiċi u legali hemm bżonn li nagħmlu ukoll kunsiderazzjonijiet umani.

 

Koppja li tagħmel it-trattament tal-IVF tgħaddi minn tbatija kbira u f´ċertu mumenti anke trawmatiċi. Ma naf lil ħadd li għamel dan il-proċess b´xi kapriċċ imma kull min jagħżel li jirrikorri għal dan it-trattament jagħmlu b´sagrifiċċji kbar personali, finanzjarji, fiżiċi u anke emozzjonali.

 

L-inqas ħaġa li nistgħu nagħmlu huwa li nkunu ta´ spalla ghalihom u mhux inwebbsu rasna u ncahhdu lil dawn il-koppji minn sistema li tista’ tghinhom.

 

 

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com