Aħna nieħdu dejjem il-pożizzjoni ta’ Malta

Aħna nieħdu dejjem il-pożizzjoni ta’ Malta

Stqarrija

 

Il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru 2017

 

Maħruġa mid-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew

 

Aħna nieħdu dejjem il-pożizzjoni ta’ Malta

 

Bħala delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew se nibqgħu niġġieldu kull tentattiv immirat biex jimmina s-servizzi finanzjarji ta’ Malta, jiġi minn fejn jiġi u jagħmlu min jagħmlu.

Dan japplika wkoll għal meta dawn it-tentattivi jiġu mill-istess grupp politiku tagħhna.

Kif għamilna dejjem, kien minn kien fil-gvern, aħna se nibqgħu naħdmu biex nipproteġu s-sistema ta’ tassazzjoni ta’ pajjiżna li ġiet ikkonfermata bħala sistema trasparenti u konformi mal-ligijiet tal-Unjoni Ewropeja u l-istandards tal-OECD.

Dan ġie ikkonfermat anke’ mill-kumitat PANA li żar pajjiżna aktar kmieni din is-sena.

Jidher bl-aktar mod ċar li kull meta wissejna li l-attentati kontinwi kontra pajjiżna kienu se jissarrfu biss biex jinfetaħ bieb beraħ ħalli jkun imminat s-servizzi finanzjarji f’Malta, din ma kienitx twissija fiergħa.

Ir-realtà hi li hemm MPE li qed idejjaqhom il-fatt li Malta qed tattira l-investiment lejha tant li jagħmlu referenza għal dan il-fatt f’emenda għar-rapport PANA li fuq kollox ikkonferma kif is-sistema ta’ tassazzjoni Maltija hi konformi mar-rekwiżiti internazzjonali .

Infatti, hemm referenza ċara għall-fatt li l-investiment dirett barrani f’Malta huwa ferm ikbar mill-medja Ewropea.

Din hija kwistjoni ta’ min iġib lil pajjiżu qabel kull interess ieħor, irrelevanti mill-grupp politiku tiegħu.

 

Alfred Sant                 Miriam Dalli                           Marlene Mizzi 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com