Approvata r-riżoluzzjoni dwar il-projbizzjoni dinjija kontra l-ittestjar fuq l-annimali fil-kożmetika

Approvata r-riżoluzzjoni dwar il-projbizzjoni dinjija kontra l-ittestjar fuq l-annimali fil-kożmetika

It-Tlieta, 20 ta’ Frar 2018

 

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-MEP Miriam Dalli   

Ir-riżoluzzjoni li ħadmet fuqha Miriam Dalli tħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea biex jippromwovu projbizzjoni dinjija kontra l-ittestjar fuq l-annimali fil-kożmetika

Il-kumitat tal-Parlament Ewropew dwar is-saħħa u l-ambjent llum ivvota favur riżoluzzjoni li tippromwovi projbizzjoni globali kontra l-ittestjar fuq l-annimali għall-kożmetiċi.

Ir-riżoluzzjoni titlob lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni Ewropea biex imexxu projbizzjoni globali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

“Issa huwa ż-żmien biex naġixxu. Nafu li mhux se jkun faċli li jinbidlu r-regoli u r-regolamenti internazzjonali iżda issa huwa ż-żmien li ssir pressjoni biex l-affarijiet jinbidlu. Xi stati u reġjuni influwenti, inkluż xi membri tal-Kumitat Internazzjonali dwar ir-Regolament tal-Kożmetiċi (ICCR), għad m’għandhomx projbizzjonijiet fis-seħħ. Għandna bżonn naraw aktar Stati li jimplimentaw din il-projbizzjoni,” saħqet l-Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Miriam Dalli ftit wara li ttieħed il-vot.

Din id-deċiżjoni biex titmexxa ‘l quddiem ir-riżoluzzjoni ittieħdet wara li l-industrija tal-kożmetika tal-Unjoni Ewropea stess – li tħaddem mill-inqas 2 miljun impjegat – wriet li l-projbizzjoni fuq l-ittestjar fuq l-annimali ma pperikolatx l-iżvilupp jew il-kwalità tal-produzzjoni tas-settur.

L-Unjoni Ewropea waqqfet l-ittestjar tal-prodotti kożmetiċi lesti fuq l-annimali fl-2004 u dik fuq l-ingredjenti fl-2009. Fl-2013 daħħlet fis-seħħ il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni u l-bejgħ ta’ kwalunkwe prodott kożmetiku ġdid ttestjat fuq l-annimali f´pajjiżi oħra.

“Hemm modi aktar effettivi, effiċjenti u sensibbli biex niżguraw li prodotti kożmetiċi huma siguri u sar progress vast sal-punt li l-metodi li ma jużawx annimali huma iktar preċiżi,” qalet Dr Dalli, li saħqet ukoll kif numru dejjem jikber ta´ ċittadini u għaqdiet mhux governattivi huma mħassba ferm dwar l-użu taʾ ttestjar fuq l-annimali madwar id-dinja.

Minkejja l-avvanzi li saru, madwar 80% tal-pajjiżi tan-Nazzjonijiet Uniti għadhom jippermettu l-ittestjar tal-kożmetiċi u tal-iġjene fuq l-annimali.  Huwa stmat li n-numru ta’ annimali użati kull sena fl-ittestjar tal-kożmetika mad-dinja kollha jista’ jkun aktar minn nofs miljun.

“Alternattivi għat-testijiet fuq l-annimali jistgħu jużaw organiżmi sempliċi bħal batterji jew tessuti u ċelloli tal-bniedem kif ukoll mudelli tal-kompjuter sofistikati. Ma jagħmilx sens li nkomplu nikkawżaw uġigħ mhux ġustifikat lill-annimali għal skopijiet kożmetiċi,” qalet Dalli.

Il-Membru Parlamentari Ewropew ħeġġet lill-istituzzjonijiet akkademiċi biex jippromwovu alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali: “Dan jimxi id f’id mar-riċerka u l-innovazzjonij, kif ukoll jinkoraġġixxi l-promozzjoni u t-tixrid ta’ inizjattivi ġodda.”

Wara l-votazzjoni fil-kumitat ENVI tal-Parlament Ewropew ir-riżoluzzjoni se tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew f’April għall-approvazzjoni finali.

Dalli’s resolution on global ban against animal testing approved

 

The resolution calls on the European Council and European Commission to advocate a global ban against animal testing in cosmetics

 

The European Parliament´s committee on health and environment today voted favour of a resolution promoting a global ban against animal testing for cosmetics.

The resolution calls on the European Council and the European Commission to push for a global ban at UN level.

“The time to act is now. We know that it won’t be easy to change international rules and regulations but now is the time to put pressure for things to change. Some influential states and regions, including some members of the International Committee of Cosmetics Regulation (ICCR) do not yet have bans in place and we need to see more states coming forward and implement such a ban,” Labour MEP Miriam Dalli commented soon after the vote was taken.

A decision to push forward the resolution was taken after the European Union´s own cosmetics industry – which supports at least 2 million jobs – proved that the ban on animal testing did not jeopardise the sector´s development or production quality.

 

The European Union stopped the testing of finished cosmetic products on animals in 2004 and ingredients in 2009. This was followed up with a ban on the importation and sale of any new cosmetics tested elsewhere on animals in 2013.

“There are more effective, efficient and humane ways to ensure that products are safe and vast progress was made to the extent that non-animal methods are more accurate,” Dr Dalli said, also highlighting how an increasing number of citizens and NGOs are concerned by the use of animal testing worldwide.

Despite the advancements, some 80% of the United Nations countries still allow the testing of cosmetics and toiletries on animals. Scientific reports estimate that the number of animals used annually in worldwide cosmetics testing could be in excess of half a million.

“Humane alternatives to animal tests can use simple organisms like bacteria or human tissues and cells as well as sophisticated computer models. It simply makes no sense to continue causing unjustified pain to animals for cosmetic purposes,” Dalli said.

The MEP urged academic institutions to promote alternatives to animal testing: “This goes hand-in-hand with research and innovations, as well as encouraging the promotion and dissemination of new efforts.”

Following the vote in the EP´s ENVI committee, the resolution will be presented to the European Parliament in April for a final vote of approval.

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com