Favur l-inklużjoni ta’ tfal b’awtiżmu fl-iskejjel

Favur l-inklużjoni ta’ tfal b’awtiżmu fl-iskejjel

L-MEP Miriam Dalli żżur il-Multisensory Room tal-Iskola Primarja tal-Fgura

‘Il-futur tat-tfal jiddependi fuq l-iskejjel tagħna, u għalhekk l-edukazzjoni li noffru trid dejjem tieħu inkonsiderazzjoni l-ħtiġijiet differenti ta’ kull tifel u tifla biex kulħadd jimxi ‘l quddiem’. Qalet dan l-MEP Miriam Dalli waqt żjara li għamlet fl-iskola primarja tal-Fgura. Fl-aħħar ġimgħat din l-iskola fetħet multisensory room ġdida bi programm ta’ tagħlim alternattiv għal studenti b’kundizzjonijiet bħall-Awtiżmu.

Miriam Dalli faħret l-inizjattiva ta’ din l-iskola u l-entużjażmu tal-għalliema li jagħmlu minn kollox biex joffru ambjent sabiħ għat-tfal fl-iskola. ‘Pożittiv ħafna li tara skejjel b’inizjattivi apposta li jindiriżżaw il-ħtiġijiet differenti tat-tfal. It-tfal mhux kollha għandhom l-istess ritmu u mhux kollha jitgħalmu bl-istess mod, u dawn il-programmi speċifiċi, b’għalliema mħarrġa u klassijiet armati apposta jgħinu lil kull tifel u tifla timxi ‘l quddiem skond il-pass tagħhom,’ sostniet l-MEP Maltija.

Dr Dalli faħħret l-impenn tal- awtoritajiet konċernati, u ħeġġet biex f’din il-leġislatura l-ġdida jkomplu jittieħdu aktar inizjattivi simili li jkomplu jibnu fuq it-tajjeb li diġa sar fl-aħħar snin.

‘Hawn fejn tidħol l-ekwità, fejn irrelevanti mill-livelli u diffikultajiet tal-istudenti, l-iskola tkun għodda biex kulħadd jagħmel suċċess. Suċċess mhux biss b’mod akkademiku, imma wkoll personali, fejn l-istudenti jitghallmu ħiliet u abiltajiet li jgħinuhom jgħixu ħajja ahjar,’ irrimarkat Miriam Dalli.

Miriam Dalli kienet akkumpanjata mill-Kap tal-Iskola Kristina Vella, mill-Prinċipal tal-Kulleġġ George Psaila u mill-Koordinatur Josanne Ghirxi.

Fl-aħħar snin, Dr Dalli kienet minn ta’ quddiem biex issemma l-vuċi ta’ ġenituri b’studenti li għandhom diffikultajiet fit-tagħlim, fosthom Awtiżmu, ADHD u Dyslexia. Din il-kampanja t’għarfien flimkien ma’ persuni oħra wasslet biex f’Marzu li għaddha l-Università aġġornat ir-rekwiżiti tagħha b’tali mod li filwaqt li tassigura l-ogħla livell tirrifletti il-ħtiġijiet ta’ dawn l-istudenti.

 

****

 

For the inclusion of students with autism in our schools
MEP Miriam Dalli visits the new Multisensory Room in Fgura’s Primary

‘The future of our children relies on our schools, and that should help us ensure that the education being offered takes into consideration the different abilities of every boy and girl so that no one is left behind,’ MEP Miriam Dalli said during a visit to the Fgura Primary school. In the past weeks, this school inaugurated a new multisensory room with an alternative learning programme for students on the Autism spectrum.

Miriam Dalli lauded the school’s initiative and the teachers’ enthusiasm and dedication. ‘It’s really positive to see such initiatives being undertaken by our schools to reflect the different abilities of our students. Students learn at different pace and not all learn the same way. These specific programmes, with qualified teachers and adequate classrooms help each student to progress according to their respective rythm,’ the Maltese MEP remarked.

Dr Dalli praised the commitment shown by the relevant authorities, and encouraged them to undertake more initiatives in this upcoming legislature to continue building on what has been achieved so far.

‘Here we are talking about the principle of equity, where irrespective of the levels and abilities of students, our Education system manages to serve as an adequate tool that leads to success. Success not just in academic terms, but also in a personal way, where students learn new skills and abilities that will help them live a better life,’ Miriam Dalli said.

Miriam Dalli was accompanied by Acting Head of School Kristina Vella, College Principal George Psaila and Education Coordinator Josanne Ghirxi.

For the past years, Dr Dalli was at the forefront to voice the concerns of students with learning difficulties such as Autism, ADHD and Dyslexia and their parents. This effort together with that of others, led the University of Malta to update its entry requirements in a way that takes into consideration the needs of these students without compromising its quality standards.

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com