Fond li se juri solidarjetà bil-fatti ma’ pajjiżi bħal Malta – Miriam Dalli

  Fond li se juri solidarjetà bil-fatti ma’ pajjiżi bħal Malta – Miriam Dalli

Stqarrija

 

It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2019

 

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-MEP, Miriam Dalli    

 

Aktar minn €10 biljun biex l-Unjoni Ewropea tgħin lil pajjiżi fuq il-fruntiera

 

Il-kumitat tal-libertaijiet ċivili approva rapport ta’ l-Ewroparlamentari Miriam Dalli li jirregola l-użu ta’ aktar minn €10 biljun biex f’każ ta’ immigrazzjoni irregolari, l-Unjoni Ewropea tgħin lil pajjiżi, fosthom dawk fuq il-fruntiera, dwar l-immigrazzjoni irregolari.

“Fiċ-ċirkostanzi li ngħixu fihom nisimgħu ħafna dwar il-bżonn ta’ solidarjetà u appoġġ għal pajjiżi fuq il-fruntiera. Hemm bżonn li din is-solidarjetà tintwera b’mod konkret. Dan l-appoġġ jieħu forom differenti, inkluż dak finanzjarju. Għalhekk li ninsab sodisfatta li l-Parlament Ewropew approva r-rapport li ħdimt fuqu u li juri solidarjetà bil-fatti, inkluż ma’ pajjiż bħal Malta, meta jinqalgħu ċirkostanzi bħal dawk li ħabbatna wiċċna magħhom fl-aħħar żminijiet,” qalet l-MEP Maltija f’reazzjoni għal dan il-vot.

Dan il-fond, li bħalissa jġib l-isem tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, jalloka €10.4 biljun biex 95% minnu jintefaq mill-Istati Membri. Il-forzi konservattivi fi ħdan il-Parlament Ewropew riedu li jonqsu l-fondi għall-pajjiżi tal-UE, meta diġa jeżiżtu u hemm allokazzjonijiet minn fondi oħra biex jintefqu f’pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.

“Dan il-fond huwa speċifiku għall-miżuri u azzjonijiet li jgħinu b’mod dirett lill-Istati Membri. Għalhekk insistejt li jkun hemm proviżjonijiet speċifiċi li jsejjħu għal solidarjetà u li jkunu ta’ sostenn għall-pajjiżi biex jimplimentaw is-sistemi tagħhom,” qalet Dr Dalli.

Biex jiġi assigurat li kullħadd jagħmel il-parti tiegħu fi tqassim tar-responsabiltà, ir-rapport jitlob għal livelli minimi għal ċertu miri inkluż l-implementazzjoni għal sistema komuni Ewropea tal-ażil, l-inklużjoni soċjali, migrazzjoni legali u solidarjetà inkluż b’miżuri ta’ rilokazzjoni. Il-Fond ikopri wkoll ir-ritorn f’każ ta’ persuni li ma jkollhomx dritt jibqgħu fl-Unjoni Ewropea.

“Sodisfatta li minkejja l-oppożizzjoni minn naħa tal-forzi konservattivi fil-Parlament, dan ir-rapport għaddha. Inħares ‘il quddiem biex inkompli naħdem u nassigura l-appoġġ meħtieġ biex pajjiżi bħal Malta ma jkunux waħedhom,” żiedet Miriam Dalli.

 

A Fund to show true solidarity with countries like Malta – Miriam Dalli 

More than €10 billion to ensure that the European Union supports frontline Member States

 

The civil liberties, justice and home affairs committee of the European Parliament has approved MEP Miriam Dalli’s legislative report on regulating the use of more than €10 billion for the European Union to support Member States, including those on the frontline, on irregular migration.

“We hear a lot of the need to show solidarity and support to frontline member states in the circumstances that we live in. But this solidarity should be demonstrated in a concrete manner. I am therefore satisfied that the European Parliament has approved this report that pushes for tangible solidarity including with countries like Malta to help mitigate those circumstances that we have recently faced,” the Maltese MEP said in a reaction to the vote.

This fund, which currently bears the name of the Asylum and Migration Fund, is set to allocate €10.4 billion, 95% of which will be spent by the Member States within the EU. The conservative forces within the European Parliament wanted to reduce funding for the EU countries by increasing the allocations for countries outside the EU – despite other available funding instruments that address this purpose.

“This fund is for specific measures and actions that support Member States directly. Therefore I insisted for specific provisions that call for solidarity and be of support to the EU countries to help them with the implementation of their systems,” Dr Dalli said.

To ensure that everyone does his part in the sharing of responsibility, the report calls for minimum standards for certain goals including for the Common European Asylum System, social inclusion, legal migration and solidarity including relocation measures. The Fund also covers the return in cases of persons whose asylum requests have been rejected.

“I am satisfied that this report was approved despite the opposition on the part of conservative forces in the European Parliament. I look forward to continue working to ensure the necessary support so that countries like Malta are not left alone,” Miriam Dalli added.

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com