Iffirmata l-liġi Ewropea li biha se jonqos it-tniġġis mit-toroq.

Iffirmata l-liġi Ewropea li biha se jonqos it-tniġġis mit-toroq.

Stqarrija

 

Il-Ħamis, 18 ta’ April 2019

 

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-MEP Miriam Dalli   

 

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli tħares ’il quddiem għall-implimentazzjoni tal-liġi

 

Wara aktar minn sena u nofs ta’ ħidma ġiet iffirmata l-liġi nnegozjata mill-Membru tal-Parlament Ewropew Miriam Dalli li biha se jonqos it-tniġġis mill-karozzi ġodda b’aktar minn 37%, mill-2030.  Dan ifisser li din il-liġi issa tidħol fis-seħħ fis-sena 2020.

 

“L-iffirmar ta’ din il-liġi huwa l-aħħar staffa biex it-tniġġiż mit-trasport jonqos fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta. Anqas għandi kliem biżżejjed biex nesprimi s-sodisfazzjon li ħassejt illum meta naf li tlaqt minn sitwazzjoni fejn kelli reżistenza enormi għal din il-liġi, u llum fejn hemm appoġġ b’saħħtu ħafna għal dak maqbul,” qalet Dr Dalli b’reazzjoni għall-iffirmar.

 

“Issa li għandna din il-liġi, inħares ’il quddiem għall-implimentazzjoni tagħha. It-triq biex wasalna hawn ma kinitx faċli iżda kkonsultajt ma’ kulħadd, tkellimna mal-industrija tal-karozzi, mat-trade unions u l-għaqdiet tal-konsumaturi biex illum għandna liġi li l-miri tagħha jistgħu jintlaħqu jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu.”

 

L-iffirmar tal-ftehim sar fi Strasburgu mill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani u l-Ministru George Ciamba, President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fil-preżenza ta’ Miriam Dalli bħala n-negozjatur ta’ din il-liġi. Din il-liġi tifforma parti mill-hekk imsejjaħ clean mobility package u tikkontribwixxi għall-miri maqbula mill-mexxejja fil-Ftehim ta’ Pariġi kontra t-tibdil fil-klima.

 

Il-liġi hija regolament li tapplika b’mod awtomatiku u ugwali fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-għan ta’ din il-liġi huwa biex l-industrija tal-produzzjoni tal-karozzi tinvesti aktar f’karozzi li jagħmlu użu minn teknoloġija li ma tħammiġx filwaqt li tħeġġeġ lill-pajjiżi biex jimplimentaw politika li tgħin din it-transizzjoni.

 

Minnbarra benefiċji ambjentali u ta’ saħħa, din il-liġi se tgħin biex tiżdied l-innovazzjoni f’suq aktar kompetittiv u li jwassal għal prezzijiet aktar vantaġġjużi għall-konsumaturi.

 

 

Filmat: https://www.youtube.com/watch?v=7ME6nTomE-c&feature=youtu.be

 

 

EU proposal to reduce CO2 emissions from cars signed into law

 

MEP Miriam Dalli looks forward to the implementation of this law

 

More than 18 months of work have culminated in the signing of the regulation that sets a 2030 target for the reduction of CO2 emissions from passenger cars by over 37%. This law was negotiated by Member of the European Parliament Miriam Dalli and will come into force in January 2020.
“The signing was the last step resulting in a law that reduces road transport emissions in all EU Member States, including Malta. I have no words to describe the satisfaction felt today when I know that, I departed from a situation facing a lot of resistance and today this law enjoys the strong backing of both the European Parliament and Member States,” Dr Dalli said in reaction to the signing.

 

“I now look forward to its implementation by the Member States. Reaching this stage was not easy but I consulted everyone – from industry players and stakeholders to trade union and consumer organisation – for a law whose objectives can be met if everyone does their part.”
Miriam Dalli presided over the signing of the agreement that took place in Strasbourg between European Parliament President Antonio Tajani and Minister George Ciamba, President in office of the Council of the EU. This law forms part of the Clean Mobility Package and contributes to the targets agreed by leaders in the Paris Agreement against climate change.

It is a regulation that applies automatically and uniformly to all EU countries without needing to be transposed into national law. The aim is for the car manufacturing industry to invest in technology producing cleaner cars whilst encouraging Member States to implement policies that support this transition.

 

This law will not only result in environmental and health benefits but it will also help to increase innovation in a more competitive market, leading to more advantageous prices for consumers.

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com