Il-kaz ta’ kontaminazzjoni tal-bajd bil-Fipronil diskuss fil-Parlament Ewropew

Il-kaz ta’ kontaminazzjoni tal-bajd bil-Fipronil diskuss fil-Parlament Ewropew

L-MEP Miriam Dalli tappella għal pjattaforma waħda biex f’dawn il-każijiet, l-informazzjoni mill-awtoritajiet Nazzjanali tgħaddi direttament għand il-Kummissjoni

 

Hekk kif il-każ ta’ bajd ikkontaminat bil-pesticida Fipronil infirex ma’ xejn anqas minn 24 pajjiż, il-Parlament Ewropew poġġa pressjoni fuq il-Kumissjoni Ewropea biex tagixxi b’serjeta ħalli taċċerta s-saħħa tal-bniedem u s-sigurta’ tal-ikel.

F’isem is-Soċjalisti u Demokratiċi, l-MEP Miriam Dalli talbet lill-Kummissarju Vytenis Andriukaitis jgħid x’passi se tieħu l-Kummissjoni Ewropeja biex ikun hemm pjattaforma waħda ħalli f’każijiet bħal dawn l-informazzjoni li jkollhom l-awtoritajiet nazzjonali tgħaddi immedjatament lill-Kummissjoni Ewropeja.

Il-każ Fipronil ħasad lil ħafna hekk kif sar magħruf li l-awtoritajiet fl-Olanda kienu ilhom jafu minn Novembru 2016 li kien qed jintuża l-pestiċida Fipronil fil-farms tat-tiġieġ u ma qalu lil ħadd. Agħar min hekk f’Gunju ta’ din is-sena fil-Belġju nstab bajd ikkontaminat bi traċċi ta’ dan il-pestiċida u l-awtoritajiet tal-pajjiż damu xhur biex infurmaw lill-Kummissjoni Ewropeja.

L-MEP Maltija Miriam Dalli qalet li din hija sitwazzjoni inaċċetabbli. F’isem il-grupp politiku tagħha tas-Soċjalisti u Demokratiċi, Dallisostniet li l-awtoritajiet Ewropej iridu jaġixxu b’mod serju u efettiv għax hafna nies dahlilhom dubju serju dwar is-sigurta’ tal-ikel li qed jieklu.

“Għalijja m’huwiex aċċettabbli li jkun hemm nuqqas ta’ informazzjoni f’waqtha u nuqqas ta’ trasparenza. Mhux aċċettabbli li l-Istat Membru li fih beda l-każ, kien ilu jaf ix-xhur b’dan il-każ u żamm kollox sigriet, bl-iskuża li kienet qed issir investigazzjoni,” sostniet Dalli.

Miriam Dalli qalet li ma jistax ikun li pajjiż wieħed jieħdu deċizzjoni li setgħet affetwat ferm aktar serjament is-saħħa pubblika tan-nies fl-Istati Membri kollha.

Dr Dalli qalet li filwaqt li qed jingħad li f’dan il-każ ir-riskju fuq is-saħħa tal-bniedem huwa wieħed baxx ħafna, irid ikun aċċertat li s-sistemi li jeżistu ikunu verament jaħdmu kif suppost, biex każijiet bhal dawn jitwaqqfu mal-ewwel u ma jitħallewx jinfirxu.

Minn naħa tiegħu l-Kummissarju Ewropew qal li talab lill-Ministri tal-Biedja fil-pajjiżi l-agħar milquta  biex jaraw is-sitwazzjoni u jinvestigaw x’ġara eżatt biex minn hemmhekk jittiehdu l-passi li jmiss.

 

Egg contamination case discussed at the European Parliament

MEP Miriam Dalli calls for one platform for cases like this where information by National Authorities goes directly to the European Commission

 

As cases of eggs contaminated by the pesticide Fipronil spread across 24 EU Member States, the European Parliament has called on the European Commission to act swiftly and seriously whilst ensure public health and food safety.

On behalf of the Socialists and Democrats, MEP Miriam Dalli asked Commissioner Vytenis Andriukaitis to consider seriously the establishment of one platform where similar cases that national authorities are aware of can be immediately notified to the European Commission.

The egg contamination scandal concerned many following revelations that in November 2016, authorities in the Netherlands were alerted that fipronil was being used in poultry farms, but failed to communicate the findings. Worse still, it became apparent that Belgium knew about fipronil contamination in early June but did not notify the European Commission until months later.

Maltese MEP Miriam Dalli said that this is unacceptable. She said that European Authorities must act seriously and effectively, as many people are seriously concerned about the safety of the food they are eating.

“Not to have immediate information and to have lack of transparency is totally unacceptable. It is objectionable that the Member State from where the first case emerged knew about the case for months, but kept everything under wraps with the excuse that it was conducting an investigation,” she emphasised.

Miriam Dalli said that no one country should have taken such a decision, when this decision could have had far more serious consequences on the public health of all those living within the EU Member States.

Dr Dalli said that in this particular case, the risk to public health is  low, it must be ensured that existing systems are really working as they should, in order to ensure that cases like these are controlled straight away, and not allowed to spread.

During the debate the Commissioner said that he asked the Ministers responsible of Agriculture in the most impacted Member States to evaluate the situation and investigate thoroughly in order to take the necessary steps.

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com