Il-MPE Miriam Dalli se tkompli tiddefendi lil Malta kontra kull partiġjanniżmu

Il-MPE Miriam Dalli se tkompli tiddefendi lil Malta kontra kull partiġjanniżmu

Stqarrija

Il-Ħamis, 3 ta’ Mejju 2018

Stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-MEP Miriam Dalli

“Jien kumpletament favur li nsaħħu l-liberta tal-midja madwar l-unjoni Ewropea u se nkompli nisħaq fuq dan, madanokollu mhxu se noqgħod b’idi fuq żaqqi waqt li ħaddieħor ikompli jagħmel ħsara lil Malta sabiex jirbaħ punti politiċi.”

Dalli qalet dan b’reazzjoni għall-vot tal-Parlament Ewropew fuq rapport dwar pluraliżmu tal-midja u libertà tal-midja fl-Unjoni Ewropea. Filwaqt li taqbel mal-maġġoranza assoluta fuq il-kontenut tar-rapport, l-MPE Maltija astjeniet fuq il-vot għax tħoss li hi inaċċettabli li Malta kienet individwata bħala pajjiż fl-emenda li intavolat l-MEP tal-PN.

L-għan tar-rapporteur Barbara Spinelli kien li tħares lejn is-sitwazzjoni li qed iħabbtu wiċċhom magħha ġurnalisti fil-Membri Stati tal-UE u li tipproponi triq ‘il quddiem u mhux li taddotta attitudni ta tfiegħ ta’ tajn lejn il-pajjizi. Ir-rapport jelenka pressjoni kontra l-ġurnalisti li tieħu forom differenti. Fost l-oħrajn jinkoraġixxi Membri Stati sabiex isaħħu l-litteriżmu tal-midja u jassiguraw li l-ġurnalisti jingħatu l-għodda neċessarji sabiex jagħmlu x-xogħol tagħhom.

Ir-referenza għal Malta saret wara emenda li ssotomettiet il-MPE tal-PN Roberta Metsola. Filwaqt li kull membru Stat għandu issues li jridu jkunu indirizzati, Metsola imbuttat emenda li fir-rapport tagħmel referenza diretta għal Malta biss, li tgħid li “hi inkwetata bl-istat ta’ liberta tal-midja f’Malta.”

“Jiena nikkundanna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia; nikkundanna l-qtil tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciaku l-għarusa tiegħu Martina Kušnírová. Imma nikkundanna ukoll l-attakki repetuti li ġejjien minn ċittadini Maltin bħali li qed jaħtfu kull opportunita biex jattakkaw lil Malta,” qalet Dalli.

“Jekk kien hemm mod kif nippruvaw il-mottiv wara l-azzjonijiet tal-MEPs tal-PN, din kienet biżżejjed. Li nipproteġġu x-xogħol tal-ġurnalisti hija xi ħaġa li lkoll naqblu fuqha, imma l-mument li dan jinbidel f’aġir kontra pajjiż speċifiku huwa l-mument li wieħed jikxef l-aġenda vera tiegħu.”

Filwaqt li rreferiet għall-Jum Dinji tal-Libertà tal-Midja, l-MPE Laburista saħqet fuq l-appoġġ fuq livell Ewropew għall-leġislazzjoni anti-SLAPPsabiex verament nsaħħu l-liberta tal-midja madwar il-Membri Stati kollha. Dalli fakkret ukoll li Malta hi biss d-disa’ Membru Stat tal-UE li neħħa l-libell kriminali.

MEP Miriam Dalli pledges to continue defending Malta against partisan games

“I am completely in favour of strengthening media freedom across the European Union, and will continue to advocate such, however I will not stand idly by whilst others continue to harm Malta simply for partisan gain.”

Dalli was reacting to a vote in the European Parliament on a report on media pluralism and media freedom in the European Union. Whilst agreeing with the absolute majority of the reportʾs content, the Maltese MEP abstained on the vote because she finds it unacceptable that Malta was singled out as a country through an amendment tabled by a PN MEP.

The aim of rapporteur Barbara Spinelli was to look at the situation faced by journalists in the EU Member States and to propose a way forward, and not to adopt a “naming-and-shaming” strategy of countries. The report highlights the pressures against journalists, which take different and multi-faceted forms. Amongst others, it encourages Member States to step up their efforts to strengthen media literacy and to ensure that journalists are given the proper tools to carry out their work.

The reference to Malta came about following an amendment submitted by PN MEP Roberta Metsola. Whilst every Member State faces its own issues, Metsola pushed forward an amendment that would see the report directly referring to Malta only, to say that “it is concerned with the state of media freedom in Malta”.

“I condemn the murder of Daphne Caruana Galizia. Likewise, I condemn the murders of Slovak journalist Ján Kuciakand his fiancée Martina Kušnírová. But I also condemn the repeated attacks against my country coming from fellow Maltese citizens who grasp at every possible opportunity to hit out at Malta,” Dalli said.

“If there was anything to prove the true motive behind the PN MEPs actions, this was it. Protecting the work carried out by journalists is something we all agree on, but the moment one turns it against a specific country is where one exposes their true agenda.”

Marking World Press Freedom Day, the Labour MEP reiterated her support for an EU-wide anti-SLAPP legislation in support of media freedom across all Member States. She also reminded that Malta will be just the ninth EU member state to remove criminal libel.

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com