Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni pjan kontra l-HIV u mard infettiv

Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni pjan kontra l-HIV u mard infettiv

L-MEP Miriam Dalli timbotta l-ħtieġa ta’ rieda politika: ‘Nuqqas ta’ azzjoni mhux aktar aċċettabli’

Il-Parlament Ewropew illum sejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea biex toħroġ bi pjan ħolistiku li jindirizza ż-żieda ta’ mard infettiv fosthom l-HIV, it-tuberkulożi u l-Epatite, wara pressjoni minn MEPs Soċjalisti għal din l-aħħar sena. Ir-reżoluzzjoni tal-S&D ġiet addottata waqt is-sessjoni plenarja ta’ din il-ġimgħa b’maġġoranza assoluta.

Waqt li kienet qed tindirizza l-Parlament Ewropew, il-kelliema tal-S&D għas-Saħħa Miriam Dalli qalet li n-nuqqas ta’ azzjoni adegwata mhix aktar aċċettabli. ‘Il-konsegwenza tal-kompjaċenza hi wisq kbira. Il-mard infettiv huwa theddida maġġuri għad-drittijiet tat-tfal, adoloxxenti, nisa u l-familji tagħhom. L-impatti soċjali huma disproporzjonali, u l-istigma devastanti.’

L-MEP Maltija irrimarkat li f’dan il-kuntest, ir-rieda politika hija l-aktar arma b’saħħitha li iżda għadha ma ntużatx s’issa. Dalli sostniet li b’din ir-rieda politika biss nistgħu niġġieldu u ngħelbu ż-żieda fl-inċidenza tal-mard infettiv.

‘Hija din ir-rieda politika li timmobilizza setturi oħra tas-soċjetà, u li finalment tħeġġeġ lil kulħadd biex jiġġieled din il-problema. Għandna opportunità li ma nistgħux ma neħduhix. Dan huwa l-ħin propizju biex naġixxu u nagħmlu differenza,’ qalet Dr Dalli.

Hu stmat li madwar 400 persuna jmutu kuljum mill-epatite u kawżi relatati, filwaqt li t-tuberkulożi qed terġa tqum bħala waħda mill-aktar theddida gravi u sottovalutata għas-saħħa dinjija. Rigward l-HIV, fl-2015 kien hemm 30,000 każ ġdid, b’persentaġġ qawwi ta’ infezzjonijiet ġodda rappurtati f’żgħażagħ u adoloxxenti.

‘Din mhix traġedja għal dawk affettwati biss, din il-ġlieda hi tagħhom daqskemm hi ta’ ħaddieħor. Għandna r-responsabiltà li naħdmu iktar f’dan ir-rigward, fosthom billi nkissru t-taboo li jeżisti, nżidu l-prevenzjoni u niżguraw li kull pazjent ikollu aċċess għal trattamenti innovattivi u affordabbli,’ temmet tgħid Miriam Dalli.

 

 

European Parliament asks Commission to step up efforts in combatting HIV and infectious diseases
MEP Miriam Dalli pushes for strong political action: ‘Inaction no longer acceptable

 

The European Parliament today called on the European Commission to come forward with an action plan intended to address the rising HIV, Tuberculosis and Hepatitis epidemics in Europe. After substantial pressure by S&D MEPs for the past year, the S&D’s resolution was adopted in this week’s plenary session with a vast majority.

Whilst addressing the European Parliament, S&D spokesperson for Health Miriam Dalli said that inaction and inadequate efforts are no longer acceptable. ‘The cost of complacency is far too burdensome. These infectious diseases are a major threat to the rights of the child, adolescents, women and their families. The social impacts are disproportionate and the stigma is devastating,’ she said.

The S&D MEP stated that, political will is the strongest asset to address this scourge, however this asset remained untapped so far. Dalli underlined that only through this political commitment to fight infectious diseases such as HIV, TB and Hepatitis can we start succeeding in defeating this pandemic.

‘It is political will that will mobilise other sectors of society. It is political will that will ultimately empower everyone to fight this problem. We have an opportunity which we cannot overlook. This is our time to act and make a difference,’ said Dr Dalli.

It is estimated that around 400 people die every day from viral hepatitis and related causes, while tuberculosis is re-emerging as one of the gravest yet underestimated threats to global health. In terms of HIV, 2015 saw almost 30,000 new HIV infections reported, with a high percentage of new infections identified among young people.

‘This is not only a tragedy for the people affected, this battle is theirs as much as anyone else. We have the responsibility to do more, break the taboos surrounding infectious diseases, step up prevention and ensure all patients get access to innovative and affordable treatments,’ Miriam Dalli concluded.

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com