Il-PN favur l-Ungerija imma kontra Malta

Il-PN favur l-Ungerija imma kontra Malta

Is-Sibt 11 ta’ Novembru 2017

 

Il-PN jivvota biex ma tintbagħatx delegazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tinvestiga rule of law u nuqqasijiet oħra fl-Ungerija

 

Fil-Parlament Ewropew, il-Partit Nazzjonalista vvota biex ma tintbagħatx delegazzjoni tal-Parlament Ewropew tinvestiga s-sitwazzjoni ta’ rule of law u nuqqasijiet oħra fl-Ungerija li ssemmew kemm il-darba.

 

Dan il-vot ittieħed din il-ġimgħa stess, fl-istess waqt li l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista qed jaħdmu bla heda kontra Malta.

 

Nhar it-Tnejn li għadda, 6 ta’ Novembru 2017, ir-rappreżentanta tal-PN fil-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili Roberta Metsola vvutat favur riżoluzzjoni biex ma tintbagħatx delegazzjoni ġewwa l-Ungerija biex tkun tista tinvestiga s-sitwazzjoni.

 

Minn naħa l-oħra, il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli vvutat biex tintbagħat delegazzjoni fl-Ungerija. Bl-istess mod, Miriam Dalli hija favur li tiġi delegazzjoni tal-Parlament Ewropew Malta biex il-Membri Parlamentari Ewropej jaraw kif f’Malta s-sitwazzjoni ta’ rule of law hija waħda b’saħħitha.

 

Bil-vot ta’ Roberta Metsola m’għadx hemm dubju li l-kampanja tal-PN ta’ Adrian Delia hija kontra Malta.

 

Il-vot biex tintbagħat delegazzjoni fl-Ungerija ittieħed wara li l-Parlament Ewropew qabel ma’ riżoluzzjoni li tgħid li l-Ungerija marret kontra d-dritt ta’ stat (rule of law), kontra drittijiet tas-soċjeta’ ċivili, kontra libertajiet ċivili nkluż LGBTIQ, kontra drittijiet tal-immigranti, kontra l-pluraliżmu fl-Universtajiet u edukazzjoni, fost oħrajn.

 

Filwaqt li l-PN qieghed jappoġġja lill-Ungerija biex ma tintbgħatx delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fuq akkużi gravissima, qiegħed jappoġġja riżoluzzjoni kollha żbalji u ineżattezzi fuq Malta, b’punti li m’għandhom x’jaqsmu xejn mad-dibattitu tar-Rule of Law imma minflok mimlija b’issues li ċertu gruppi politiċi u MEPs dejjem użaw kontra pajjiżna biex jattakkaw is-servizzi ekonomiċi li l-pajjiż joffri.

 

Il-Partit Nazzjonalista, qiegħed sempliċiment jaħdem kontra Malta għal vantaġġ partiġjan tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista u r-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament Ewropew qed jaqbżu għal pajjiżi oħra imma mhux għal Malta.

 

 

PN against Malta but defends Hungary

 

The Nationalist Party in the European Parliament is against sending a delegation to investigate the rule of law in Hungary

 

The Nationalist Party in the European Parliament has voted against sending a mission to investigate the rule of law and other failings in Hungary, which have been reported about several times. The vote was taken this week, at the same time that the PN MEPs are working tirelessly against Malta.

 

On Monday 6th November, the PN representative of the EP’s civil liberties committee, Roberta Metsola, voted in favour of a resolution not to send a delegation to Hungary the investigate the situation.

 

On the other hand, MEP Miriam Dalli supported sending the delegation to Hungary. Likewise, Miriam Dalli is in favour of a delegation coming to Malta so that the Members of the European Parliament can see that the rule of law in Malta is strong.

 

Roberta Metsola’s vote has obliterated any doubts as to whether the campaign of Adrian Delia’s PN was working against Malta or not.

 

The vote to send a delegation to Hungary was taken after the European Parliament agreed to a resolution that accuses Hungary of going against the rule of law, the rights of civil society rights, civil liberties including LGBTIQ, irregular migrants’ rights, pluralism in Universities and education, amongst others.

 

While the PN is supporting Hungary against sending a delegation of the European Parliament to investigate grievous accusations, it is supporting a resolution against Malta. This resolution is replete with points that have nothing to do with the debate on the rule of law, and instead includes issues which certain political groups and MEPs always used to attack the economic services Malta has to offer.

 

The Nationalist Party is simply working against Malta for its partisan matters.

 

The Nationalist Party and its representative in the European Parliament are defending other countries, but not Malta.

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com