Ir-riformi huma x-xhieda ta’ Gvern li jaħdem bil-fatti – Miriam Dalli

Ir-riformi huma x-xhieda ta’ Gvern li jaħdem bil-fatti – Miriam Dalli

Stqarrija

 

Is-Sibt, 23 ta’ Marzu 2019

 

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-MEP Miriam Dalli

 

Ir-riformi li qed iwettaq il-Gvern Laburista f’oqsma differenti, mhux biss ekonomiċi imma anke fil-qasam tal-governanza biex tissaħħaħ id-demokrazija, huma eżempji ċari ta’ Gvern li jisma u jwettaq dak li jwiegħed.

 

“F’inqas minn 100 ġurnata, il-Gvern se jkun qed jippreżenta liġi li biha se jkun qed jimxi mal-pariri tal-Kummissjoni Venezja dwar l-irwol tal-Avukat Ġenerali. Is-separazzjoni tal-irwoli prosekutorjali u ta’ konsulenza legali tal-Avukat Ġenerali hija riforma li ilna nitkellmu dwarha, iżda llum qed naraw kif kellu jkun Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat li qed iwassal għal din il-bidla,” qalet l-Ewroparlamentari Miriam Dalli.

 

Il-kumment ta’ Dr Dalli sar fil-kuntest tad-dibattitu li se jkun qed isir nhar it-Tnejn fil-Parlament Ewropew. Hemmhekk se tiġi diskussa r-riżoluzzjoni dwar Malta u l-iSlovakkja, bil-vot jittieħed f’April. Id-diskussjoni hija mistennija tkompli fuq l-aħħar diskussjoni li kien hemm fil-kumitat tal-Parlament Ewropew, li matulu Miriam Dalli saħqet dwar l-inkonsistenza ta’ wħud mill-Membri tal-Parlament Ewropew. Fuq kollox, hi insistiet li mhux aċċettabbli li hemm min irid akkost ta’ kollox jissoġġetta lil Malta għal taħdidiet dwar l-istat tad-dritt.

 

“Qed naraw kif pajjiżna fl-aħħar snin aġixxa biex jirriforma liġijiet li gvernijiet preċedenti qatt ma tħajjru jirriformaw. Qed inbiddlu dak li ħaddieħor qatt ma rnexxielu. Issa se jkollna l-Ewwel Qari tal-abbozz ta’ liġi biex tissepara r-rwoli tal-Avukat Ġenerali sas-sajf li ġej. Iżda minflokk se nisimgħu kummenti minn esponenti differenti ta għalfejn il-Kummissjoni Ewropea imissha tissoġġetta lil Malta għal taħdidiet dwar l-istat tad-dritt,” żiedet l-MEP tal-Partit Laburista.

 

F’taħdidiet li Miriam Dalli kellha ma’ kollegi tagħha fil-Parlament Ewropew, kien hemm min irrimarka li Malta m’għandha qatt titpoġġa fl-istess kejl bħal Ungerija u l-Polonja. Kien hemm min saħansitra kkummenta li l-Partit Popolari Ewropew – li tiegħu hu membru l-Partit Nazzjonalista u li l-membri tiegħu mexxew ‘l quddiem l-kampanja kontra Malta – ma jistax jaħsel idu minn dak li qed jiġri fl-Ungerija, sempliċiment għax il-partit ta’ Orban ġie sospiż, aktar w aktar wara l-pozzizjoni li ttieħdet f’aktar minn okkażżjoni waħda biex jiddefendu l-gvern ta’ Orban.

 

“Malta ma ħaqqhiex tiġi soġġetta għal dan il-logħob politiku partiġġjan għal min irid il-materjal għal kampanja elettorali tiegħu.”

 

 

 

Reforms are proof of a government that puts words into action – Miriam Dalli

 

The reforms that the Labour government is implementing in various sectors are a clear example of a government that listens and implements what it promises, not only in economic matters but also in governance and to strengthen democracy,

 

“In less than 100 days, the government will be presenting the legislative text on the role of the Attorney General based on the recommendations of the Venice Commission. The separation of the Attorney General’s prosecutorial and advisory roles has long been part of the nation’s discussion. But it’s only this government, under the leadership of Prime Minister Joseph Muscat, that is delivering this change,” MEP Miriam Dalli said.

 

Dr Dalli’s comment comes in the wake of the debate taking place in the European Parliament on Monday regarding the resolution on Malta and Slovakia. The vote is planned for April. The discussion is expected to follow up on the debate that took place in the EP committee last month, during which Miriam Dalli highlighted the inconsistency of some Members of the European Parliament. During that debate, the Labour MEP reiterated that subjecting Malta to rule of law talks at all costs was unacceptable.

 

“Malta has in the past years acted to reform laws that previous governments had no interest in changing whatsoever. This government is changing what others failed to do,” Dalli said, in particular referring to the decision to legislate for a separation of the AG’s roles by the next parliamentary recess in summer.

 

“Yet, we will hear comments from different exponents on why the European Commission should subject Malta to rule of law talks.”

 

In talks Miriam Dalli held with her European Parliament colleagues, many remarked that Malta should not be treated on a par with Hungary and Poland. Some further added that the European People’s Party – of which the PN is a member and whose members led the campaign against Malta – cannot wash their hands off what is happening in Hungary simply because Orban’s party has been suspended. They reminded that Orban’s government had been defended on more than one occasion.

 

“Malta does not deserve to be subject to these partisan political games purely for electoral gains.”

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com