Is-separazzjoni ta’ skart organiku tista’ twassal għal żieda fir-rati ta’ skart irriċiklat – Miriam Dalli

Is-separazzjoni ta’ skart organiku tista’ twassal għal żieda fir-rati ta’ skart irriċiklat – Miriam Dalli

Is-separazzjoni ta’ skart organiku jista’ jikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex inżidu r-rata ta’ skart li jiġi rriċiklat . Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli qalet dan waqt żjara li kellha fil-faċilitajiet tal-WasteServ fil-Magħtab. Matul din iz-zjara kien ikkonfermat li l-proġett pilota tas-separazzjoni ta’ skart organiku fid-djar se jinfirex fuq livell nazzjonali minn Settembru li ġej.

Bħalissa l-iskart organiku jammonta għal madwar 40%-50% tal-borża s-sewda. Quddiem dawn il-figuri l-MEP MIriam Dalli qalet li jekk dan l-iskart jiġi sseparat b’mod effettiv u kif suppost dan jista’ jwassal għal żieda sostanzjali fir-rata ta’ riċiklaġġ f’pajjiżna.

Skont l-aktar statiska riċenti maħruġa mill-Eurostat, r-rata ta’ skart li ġie rriċiklat fl-2016 tammonta għall-7% tal-iskart kollu li ġie ġġenerat. Dan juri kif pajjiżna għadu ferm il-bogħod milli jilħaq il-miri stabbiliti biex sal-2035 inkunu qed nirriċiklaw 65% tal-iskart, qalet l-Ewro Parlamentari Laburista.

“Hemm bzonn ta’ mpenn akbar minn-naħa taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u dan nistghu nibdew nimmiraw għalih permezz ta’ sforzi żgħar minn kulħadd, li b’mod kolletiv kapaċi jagħmlu differenza kbira,”  saħqet Dalli.

B’referenza għall-impjant li jipproduċi l-enerġija mill-iskart u li se jkun qiegħed jitwaqqaf fil-faċilità tal-WasteServ fil-Maghtab, Dalli qalet li dan il-proċess huwa importanti imma għandu jkun kumplimentari għar-riċiklaġġ. “Bidla ta’ skart fl-enerġija hija l-aħħar pass wara tlett staffi importanti: t-tnaqqis fl-iskart (reduce), li nerġgħu nużaw il-materjal (reuse) u r-riċiklaġġ (recycle).”

Fl-istess waqt, spjegat li jeżisti materjal bħal pereżempju l-plastik li jista’ jiġi rriċiklat għal ammont ta’ drabi biss.

Fi Frar, il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera ħabbar il-pjan sabiex jiġi nstallat impjant fil-faċilità tal-Magħtab li huwa mistenni jkun lest sal-2023 u jibda jipproċessa 114,000 tunnellata ta’ skart ta’ kull sena li jinbidel f’enerġija.

Dalli spjegat ukoll li kien hemm żvilluppi fit-teknoloġija ta’ dawn l-impjanti kemm ambjentali kif ukoll bħala effiċjenza. Hemm anke’ studji li juru li miżbla tiġġenera ferm aktar emissjonijiet serra minn dawn it-tip ta’ impjanti. Instalazzjonijiet simili jeżistu wkoll f’pajjizi Ewropej oħra bħall-Ingilterra, l-Olanda u l-Italja.

Waqt din iż-żjara l-Ewroparlamentari Dalli kienet akkumpanjata miċ-Chairperson tal-WasteServ is-Sur David Borg, l-Inġinier tal-Impjant l-Ing. Nathan Gatt u l-Maniġer tax-Xogħolijiet tal-faċilità fil-Magħtab is-Sur Robert Micallef.

 

Separating organic waste can lead to an increase in recycled waste – Miriam Dalli

Separating organic waste can contribute substantially to an increase in the rate of recycled waste, Member of the European Parliament Miriam Dalli said during a visit to the WasteServ facilities in Maghtab.

During this visit, WasteServ confirmed that a pilot project it has lead on organic waste separation in nine localities would now be going nationwide as from September 2018.

Currently organic waste comprises 40-50% of the black bag. In reaction to these figures, Dalli said that if waste is separated in an effective manner it can lead to a substantial increase in the amount of waste that is recycled in Malta.

According to recent Eurostat figures, the amount of recycled waste in 2016 amounted to 7% of the waste generated. This shows that Malta is still far behind from reaching the established targets so that until 2035, 65% of the waste generated is recycled, said MEP Dalli.

“Reaching these targets requires a collective effort and Maltese and Gozitans need to be more committed in their recycling efforts. Reaching these targets starts with small efforts, which collectively can make a huge difference,” emphasised Dalli.

With reference to the waste-to-energy plant, which will be set up at the WasteServ facilities in Maghtab, Dalli said that this was an important process that should complement recycling. “Turning waste into energy is the last step after three important stages: reduce, reuse and recycle.”

At the same time, Dalli explained that there exists material – such as plastic – that can only be recycled for a number of times.

In February, Environment Minister Jose Herrera launched a plan for the installation of a waste-to-energy plant in Maghtab. The plant, estimated to process some 114,000 tonnes of waste per year to be converted into energy, is expected be finalised by 2023.

Dalli said that considerable technological advances have been made in the development of waste-to-energy plants, both in relation to efficiency and environmental progress. Studies also show that a landfill generates far more greenhouse gas emissions then these types of plants. Similar installations also exist in European countries such as the United Kingdom, Netherlands and Italy.

During this visit MEP Dalli was accompanied by the Chairperson Mr David Borg, Plant Engineer Ing. Nathan Gatt and the Works Manager at the Maghtab facility, Mr Robert Micallef.

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com