Jibdew in-negozjati bejn l-Istati Membri u Miriam Dalli dwar tnaqqis fit-tniġġiż mill-karozzi

Jibdew in-negozjati bejn l-Istati Membri u Miriam Dalli dwar tnaqqis fit-tniġġiż mill-karozzi

Stqarrija

 

Il-Ħamis,  11 ta’ Ottubru 2018   

 

Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-MEP Miriam Dalli

 

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli tmexxi l-Parliament Ewropew fl-ewwel taħditiet mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill

Inqas minn 24 siegħa wara li l-Ministri Ewropej tal-Ambjent adottaw l-pożizzjoni dwar it-tnaqqis tat-tniggiz mill-karozzi, ingħata bidu għat-taħditiet bejn it-tliet istituzzjonijiet, fil-proċess magħruf bħalha ‘trilogue’.

Hija l-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Miriam Dalli, li qed tmexxi n-negozjati f’isem il-Parlament Ewropew wara li l-proposti leġislattivi tagħha ġew adottati b’maġġoranza b’saħħitha ftit tal-jiem ilu fi Strasburgu.

“Il-Parlament Ewropew kien ċar fil-pożizzjoni tiegħu li l-emissjonijiet mis-CO2 jridu jonqsu b’20% sal-2025 u b’40% sal-2030. Bħalha Parlament qbilna wkoll li ndaħħlu miżuri ġodda li jissalvagwardjaw l-ambjent, li jrahhsu l-prezz ghall-konsumaturi, li jnaqqsu l-ispiza fix-xiri ta’ fuels, filwaqt li jsir investiment fl-infrastruttura u jkunu protetti l-ħaddiema,” Dalli qalet lill-Kummissarju Ewropew għall-Klima, Miguel Arias Canete.

Minkejja l-proposti aktar dgħajfa maqbula minn naħa tal-Kunsill tard it-Tlieta filgħaxija, numru ta’ pajjiżi – aktar minn 17- qalu li ma jaqblux ma’ miri anqas ambizzjużi minn dawk li qabel dwarhom il-Parlament Ewropew. Fosthom kien hemm pajjiżi, li jinkludu d-Danimarka, l-Irlanda, l-Lussemburgu u Slovenja, li wkoll ħarġu stqarrija biex jinsistu u jesprimu d-diżappunt tagħhom wara l-ftehim tal-Kunsill Ewropew, bit-tama li jkun il-Parlament Ewropew li jerga’ jsaħħaħ il-liġi.

Fuq Twitter, kienu bosta l-pajjiżi u organizzazzjonijiet li qalu li hemm bżonn ta’ aktar ambizzjoni u li jafdaw f’idejn Miriam Dalli biex tinnegozja pożizzjoni aktar b’saħħitha. Fosthom il-Ministru tal-Ambjent Żvediża Karolina Skog, l-Olanda u anke’ Malta. BEUC, l-organizazzjoni tal-konsumaturi fuq livell Ewropew, qalet li kienet tistenna aktar minn għand il-pajjiżi Ewropej.

“Il-Parlament Ewropew irid jibqa’ sod fil-pożizzjoni tiegħu u jimbotta lill-istituzzjonijiet l-oħra biex iżidu l-miri għall-2-25 u 2030,” qalet BEUC.

F’kummenti li tat Dr Miriam Dalli qalet li l-pożizzjoni tal-Istati Membri iżid id-determinazzjoni tagħha biex tinnegozja riżultat aktar b’saħħtu f’isem il-Parlament Ewropew.

“Se nibqa’ nimbotta għal-leġiżlazzjoni li verament tagħmel ġid lill-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħna,” sostniet Miriam Dalli.

 

Member States and Miriam Dalli kick off negotiations on emissions cut from cars

 

Miriam Dalli leads the European Parliament in the first talks with the European Commission and the Council

In a process formally known as trilogue, talks between the three European Institutions kicked off last night, in less than 24 hours after the Environment Ministers of the European Union adopted a General Approach on the reduction of CO2 emissions from cars.

Maltese MEP Miriam Dalli is leading the negotiations on behalf of the European Parliament, following a vote taken in Strasbourg during which her legislative proposals garnered the support of a strong majority.

“The European Parliament’s position is clear that CO2 emissions from new cars have to be reduced by 20% by 2025 and 40% by 2030. As Parliament, we also agreed to introduce new measures to safeguard the environment, to protect consumers and to maximise fuel savings whilst investing in infrastructure and protecting workers,” Dalli told European Commissioner for Climate Action, Miguel Arias Canete.

Despite the weaker proposals agreed to by the Council of Ministers late Tuesday night, a number of countries – exceeding 17 – have insisted that they disagree with lower ambition targets than those agreed to by the European Parliament. Amongst others, these included Denmark, Ireland, Luxembourg and Slovenia who also issued a statement to insist and express their disappointment at the agreement reached by the Council, in the hope that the European Parliament strengthens the law during the negotiation process.

On Twitter, several Member States and organisations – including Swedish Environment Minister Karolina Skog, the Netherlands and Malta – insisted that more ambition was needed and entrusted Miriam Dalli to negotiate a stronger position. BEUC, the European organisation for consumers, said that it would have expected more commitment from EU Member States on cutting CO2 emissions from cars.

“The European Parliament must now stick to its guns and push the other institutions to increase the 2025 & 2030 targets,” BEUC said.

In comments she gave, Dr Miriam Dalli said that the position of the Member States increases her determination to negotiate a stronger result on behalf of the European Parliament.

“I will keep on pushing for a legislation that truly benefits the European Union and its citizens,Miriam Dalli said.

 

Links to Twitter:

 

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni  

Partit Laburista

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com