L-MEP Miriam Dalli favur miri li jippromwovu l-użu tal-enerġija rinnovabbli għall-użu fit-trasport

L-MEP Miriam Dalli favur miri li jippromwovu l-użu tal-enerġija rinnovabbli għall-użu fit-trasport

Stqarrija

 

Is-Sibt 28 ta’ Ottubru 2017

 

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-MEP Miriam Dalli

 

L-MEP Miriam Dalli favur miri li jippromwovu l-użu tal-enerġija rinnovabbli għall-użu fit-trasport

 

Biex l-Unjoni Ewropea tilħaq il-miri tat-tibdil fil-klima kif imwiegħed fil-Ftehim ta’ Pariġi, l-istati membri jridu jħarsu lejn miri ambizzjużi. Dan qaluh is-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew.

 

L-MPE tal-S&D fil-kumitat tal-ambjent nhar it-Tnejn li għadda opponew attentat minn naħa tal-konservattivi li jdgħajfu l-ambizzjonijiet tal-UE waqt vot li jippromwovi l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

 

“L-S&D ivvutaw għal miri ambizzjużi, b’attenzjoni speċjali fuq is-settur tat-trasport. Tgħajna sapport b’saħħtu lill-biofuels avvanzati minħabba li dawn jista’ jkollhom rwol fit-tul fid-dikarbonizazzjoni tat-trasport, filwaqt li tkellima dwar ir-rwol tal-elettrifikazzjoni fil-miri tal-2030,” qalet l-MEP Laburista u kellimha tal-S&D fuq l-ambjent, Miriam Dalli.

 

Dalli żiedet tgħid li mhux biżżejjed li wieħed jitkellem biss dwar biofuels. “L-elettrifikazzjoni se tgħinna f’dan is-settur, inkluż biex nilħqu l-miri rinnovabbli għall-2030.”

 

Fl-Unjoni Ewropea, it-tniġġiż tal-arja joqtol nofs miljun persuna fis-sena. F’Malta biss, it-tniġġiż tal-arja huwa responsabbli għal 220 mewta fis-sena. Din hija waħda mir-raġunijiet ewlenija għalfejn il-Kummissjoni Ewropea, u l-istess il-Gvern Malti, qed jinkoraġixxu l-użu ta’  karozzi li jaħdmu bl-elettriku, hybrid u li jagħmlu użu minn low-carbon fuels fil-mobilita’ urbana.

Dr Dalli qalet li: “Fil-futur se jkollna bżonn produzzjoni bil-massa ta’ fjuwil nadif minħabba li t-talba għat-trasport se tkompli tikber. Se jkollna bżonn standards tal-ogħla kwalità, bi kriterji stretti ta’ sostenibbiltà.”

L-S&D qed jinsistu li nuqqas ta’ azzjon se twassal biss għal dipendenza għolja fuq importazzjoni ta’ enerġija, u tipperikola l-impenn tal-EU biex tnaqqas l-emissjonijiet.Fil-każ ta’ Malta, il-livell ta’ emissjonijiet mit-trasport tal-art kibru b’16.4% bejn l-2005 u l-2014. Bil-miri ambizzjużi tal-2020, il-gvern ippreżenta strateġija nazzjonali għat-trasport sal-2050 u master plan sal-2025. Wara l-ewwel 100 jum tat-tieni term ta’ gvern Laburista, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li hemm pjanijiet biex tinstab data li fiha ma jibqgħux jinbigħu aktar karozzi li jaħdmu bil-petrol jew diesel.

 

 

MEP Miriam Dalli supports targets promoting use of renewables in transport

 

For the European Union to meet the climate change targets as pledged in the Paris Agreement member states must push for ambitious targets, the Socialists and Democrats in the European Parliament have said.

 

The S&D MEPs in the environment committee on Monday opposed an attempt by the conservatives to water down the EU’s ambition during a vote on promoting the use of energy from renewable sources.

 

“The S&Ds voted for ambitious targets for renewables, with a special focus on the transport sector. We gave strong support for advanced biofuels, as they could play a long-term role in the decarbonisation of transport, and highlighted the role of electrification when speaking about the 2030 targets,” Labour MEP and S&D spokesperson on the environment, Miriam Dalli said.

 

“It’s not enough to talk about biofuels when we talk about clean transport and renewables in transport. Electrification will help us in this area, including when it comes to meeting higher renewables targets for 2030,” Miriam Dalli said.

In the European Union, air pollution kills half a million people per year, whereas in Malta alone, air pollution is responsible for 220 deaths annually. This is one of the main reasons why the European Commission and similarly the Maltese government are encouraging the transfer from vehicles powered by conventional fuels to electric vehicles, hybrids and the usage of low-carbon fuels in urban mobility.

 

Dr Dalli argued that: “In the future we will need mass production of clean fuels, as demand in transport will keep on growing. We need high quality standards with strict and applicable sustainability criteria.”

 

The S&D is insisting that inaction would not only lead to dependency on expensive energy imports, but it would also endanger the EU´s commitment to reducing greenhouse-gas emissions.

 

In Malta´s case, emission levels from road transport shot up by 16.4% between 2005 and 2014. With the ambitious 2020 targets, the government presented a National Transport Strategy until 2050 and an Operational Transport Master Plan for 2025.

When marking the first 100 days of the second term in government, Prime Minister Joseph Muscat announced a plan to establish a deadline for banning the sale of petrol and diesel-powered cars.

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

 

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com