MEPs Maltin jinnominaw lil Bjorn Formosa għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew

Stqarrija

L-Erbgħa, 2 ta’ Mejju  

Maħruġa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

Ħames Membri tal-Parlament Ewropew Maltin – David Casa, Miriam Dalli, Roberta Metsola, Marlene Mizzi u Francis Zammit Dimech – ingħaqdu flimkien biex jinnominaw lill-attivist tal-ALS Bjorn Formosa għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew. Kull sena, il-Parlament Ewropew jippremja individwi u gruppi li jkunu ddistingwew ruħhom biex jippromwovu l-valuri Ewropej.

L-MEPs tal-Partit Laburista Marlene Mizzi u Miriam Dalli qalu: “Minkejja li qed jiġġieled marda terminali, Bjorn iddedika ħinu biex jgħin li ħaddieħor billi jżid il-kuxjenza, jiffinanzja r-riċerka u fetaħ dar għall-pazjenti tal-ALS u l-MS. Bjorn wera xi tfisser li wieħed jaħseb f’ħaddieħor u li toffri ruħek għas-soċjetà, u għal dan, ħaqqu li jkun rikonoxxut u ppremjat, mhux l-inqas mill-Parlament Ewropew. Bjorn. Pazjenti bħalu jixirqilhom l-appoġġ kollu tagħna, u bħala politiċi, aħna qegħdin hawn biex nagħtuhom l-appoġġ. Kien proprju għax Bjorn jirrappreżenta l-valuri Maltin li nemmnu fihom – is-sens ta’ altruwiżmu u l-kuraġġ – li tlabna lill-MEPs tal-Partit Nazzjonalista biex jappoġġjaw in-nominazzjoni tagħna. Mhix faċli li tagħżel bejn żewġ nomini b’saħħithom, iżda tajna l-kelma tagħna li s-sena d-dieħla nappoġġjaw in-nominazzjoni tad-Dar tal-Providenza.”

L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech qalu: “Hu l-obbligu tagħna – bħala Membri tal-Parlament Ewropew – li nippromwovu x-xogħol imprezzabbli li jagħmlu eluf ta’ voluntiera Maltin u Għawdxin. Filwaqt li oriġinarjament aħna konna nnominajna lid-Dar tal-Providenza għal dan l-unur prestiġjuż li jingħata mill-Parlament Ewropew, wara diskussjonijiet mal-kollegi Miriam Dalli u Marlene Mizzi, iddeċidejna li ningħaqdu magħhom u nappoġġjaw in-nominazzjoni ta’ Bjorn Formosa għall-premju ta’ din is-sena. Ix-xogħol kbir ta’ Bjorn fis-snin li għaddew, anke waqt li qed jisfida l-marda diffiċli li għandu, hu wieħed li ħaqqu kull tifħir, u se nkomplu nassiguraw li l-awtoritajiet jagħtuh l-appoġġ sħiħ fil-ġbir tal-fondi kif ukoll fil-kampanji ta’ kuxjenza.”

Bjorn Formosa beda jbati mill-marda tal-ALS f’Awwissu 2015. Minn dakinhar, beda numru ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ flus u biex titqajjem kuxjenza, li wasslu biex infetħet Dar Bjorn f’Novembru 2017.

L-ALS – Amyotrophic Lateral Sclerosis – hi marda kronika terminali li twassal għall-mewt ta’ newroni li jikkontrollaw muskoli volontarji. Din il-marda hi kkaratterizzata minn muskoli ebsin, uġigħ fil-muskoli, u gradwalment dgħufija minħabba li l-muskoli jibdew jiċkienu. Dan iwassal għal diffikultajiet biex wieħed jitkellem, jibla’ u eventwalment jieħu n-nifs.

Ta’ kull sena, il-Parlament Ewropew jagħti l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew lil ċittadini, gruppi, assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet li jkunu wettqu kisbiet eċċezzjonali jew impenn kbir lejn is-soċjetà f’diversi aspetti. Kull Membru tal-Parlament Ewropew għandu d-dritt li jinnomina persuna jew organizzazzjoni waħda għal dan il-premju. L-għażla finali tal-Premju taċ-Ċittadin Ewropew issir minn ġurija mmexxija mill-Viċi-President tal-Parlament Ewropew l-MPE Sylvie Guillaume. Ir-rebbieħa jitħabbru u jingħataw il-Premju għaċ-Ċittadin Ewropew f’ċerimonja f’Ottubru.

Maltese MEPs nominate Bjorn Formosa for the European Citizens’ Prize

Five Maltese Members of the European Parliament – David Casa, Miriam Dalli, Roberta Metsola, Marlene Mizzi and Francis Zammit Dimech – have joined forces to nominate ALS activist Bjorn Formosa for the prestigious European Citizens’ Prize. Every year, the European Parliament rewards individuals and groups who have particularly distinguished themselves in promoting European values.

Partit Nazzjonalista MEPs David Casa, Roberta Metsola and Francis Zammit Dimech said: “It is our duty – as members of the European Parliament – to promote invaluable work done by thousands of Maltese and Gozitan volunteers. Whilst we have originally nominated id-Dar tal-Providenza for this prestigious prize given by the European Parliament, after discussions with our colleagues Miriam Dalli and Marlene Mizzi, we have decided to join them in supporting the nomination of Bjorn Formosa for this year’s prize. Bjorn’s hard work in the past years, even whilst struggling with such a difficult illness, is honourable and we will continue to ensure that the authorities give him full support in his fundraising and awareness campaigns.”

Partit Laburista MEPs Marlene Mizzi and Miriam Dalli  said: “Despite fighting a terminal disease, Bjorn is dedicating his time to helping others by raising awareness, funding research and opening a home for ALS and MS suffers and neuro-patients. He has shown what true selflessness and civic sense really mean and for this he must be recognised and honoured, not least by the European Parliament. Bjorn and patients like him deserve the support of all of us and as politicians we are here to stand behind them. Because Bjorn represents the true Maltese values we believe in – selflessness, altruism and courage – we have asked Partit Nazzjonalista MEPs to support our nomination. It is not easy choosing between such two valid nominees but we have committed to support the nomination of id-Dar tal-Providenza in next year’s edition.”

Bjorn Formosa was diagnosed with ALS in August 2015. From that day, he embarked on a number of fundraising and awareness activities, which led to the opening of Dar Bjorn in November 2017.

ALS – Amyotrophic Lateral Sclerosis – is a specific disease which causes the death of neurons controlling voluntrary muscles. This disease is characterised by stiff muscles, muscle twitching, and gradually worsening weakness due to muscles decreasing in size. This results in difficult in speaking, swallowing and eventually breathing.

Each year, the European Parliament awards the European Citizen’s Prize to citizens, groups, associations or organisations who have displayed exceptional achievements or outstanding commitment to society in various areas. Every Member of the European Parliament has the right to nominate one person or organisation for the prize. The final selection of the European Citizen’s Prize is made by a jury chaired by European Parliament Vice-President MEP Sylvie Guillaume. The winners will be announced and given the award at the European Citizens’ Prize ceremony in October.

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com