Miriam Dalli dwar COP23: Azzjoni dwar it-tibdil fil-klima teħtieġ bidla fl-attitudni u l-involviment ta’ kulħadd

Miriam Dalli dwar COP23: Azzjoni dwar it-tibdil fil-klima teħtieġ bidla fl-attitudni u l-involviment ta’ kulħadd

Sabiex tiġi indirizzata t-tibdil fil-klima, jeħtieġ li jkun hemm bidla fl-attitudni u l-involviment ta’ kulħadd, mmexxija miċ-ċittadini u l-komunitajiet, prinċipju li ġie rrikonoxxut minn diversi stakeholders kif deher mill-konferenza COP 23, f’Bonn il-Ġermanja.

Bħala viċi-president, il-MPE Laburista u kelliema tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi għall-ambjent Miriam Dalli, mexxiet delegazzjoni mill-Parlament Ewropew waqt il-konferenza tal-Ġnus Maghquda dwar it-Tibdil fil-Klima f’Bonn li rat għadd ta’ kapijiet ta’ stati u ministri jippreżentaw pjanijiet u wegħdiet dwar azzjoni sabiex tiġi miġġielda t-tibdil fil-klima.

Filwaqt li faħħru t-tmexxija tal-klima fl-Ewropa, l-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel u l-President Franċiż Emannuel Macron wegħdu li se jagħmlu tajjeb għal kull tip ta’ nuqqas ta’ fondi għall-Panel Intergovernmentali fuq it-Tibdil fil-Klima, wara li l-istati Uniti ppreżentat pjanijiet sabiex tnaqqas il-fondi aktar kmieni din is-sena.

Sabiex jintlaħqu l-miri ppreżentati fil-ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, kif ukoll sabiex jintleħqu l-għanijiet tal-Agenda dwar Żvillup Sostennibli 2030, hemm bżonn ta’ azzjoni urġenti.

“Din kienet konferenza pożittiva dwar it-tibdil fil-klima minħabba li ġiet rikonoxxuta l-importanza li tiġi addottata attitudni li tinvolvi lil kulħadd billi tpoġġi fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha l-istakeholders u liċ-ċittadini b’mod indaqs,” qalet Miriam Dalli, f’kummenti li tat lil media wara numru ta’ laqgħat ma’ delegazzjonijiet differenti.

Dalli ltaqgħet ma diversi rappreżentanti minn organizzazjonijiet multilaterali u rappreżentanti ta’ diversi pajjiżi fosthom iċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil kif ukoll membri min-negozji, l-industriji u għaqdiet mhux governattivi.

Dalli laqgħet inizjattivi bħal djalogu miftuħ bejn il-partiti CoP u għaqdiet mhux governativi, kif ukoll l-ewwel pjan ta’ azzjoni bbażat fuq il-ġeneru li nkiseb taħt il-Konvenzjoni. Intlaħaq ftehim fuq pjattaforma ta’ komunitajiet lokali u indiġeni dwar azzjoni fuq il-klima.

“Il-messaġġ ewlieni ta’ din il-konferenza huwa l-importanza ta’ attitudni li tahdem miż-żgħir għall-kbir. Biex ikollna ċaqlieqa fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet irid ikun hemm is-saħħa taċ-ċittadini, tal-komunitajiet, tal-ibliet u r-reġjuni,” qalet il-MPE Dalli. “Din hi t-triq il-quddiem jekk irridu azzjonijiet effettivi sabiex nirnexxu fir-rigward ta’ tibdil fil-klima.”

L-Unjoni Ewropea flimkien mal-Kanada u ċ-Ċina ħadu t-tmun sabiex itaffu ftit mil-vojt konsegwenza tad-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump wara li ddeċieda li joħroġ mill-ftehim li ntleħaq f’Pariġi fl-2015 sabiex l-Istati Uniti tnaqqas l-emissjonijiet tagħha.

 

Miriam Dalli on COP23: Climate change action requires a bottom-up approach

Tackling climate change efforts requires a bottom-up approach, a principle that is finally being recognised by multiple stakeholders as evidenced during the COP23 conference in Bonn, Germany.

As vice-chair, Labour MEP and S&D spokesperson for the environment Miriam Dalli last week led a European Parliament delegation to the UN Climate Change Conference in Bonn which saw global heads of state and ministers delivering plans, pleas and pledges for climate action.

Hailing Europe´s climate leadership, German Chancellor Angela Merkel and French President Emmanuel Macron pledged to make up any funding shortfall for the Intergovernmental Panel on Climate Change, after the United States outlined plans to cut funding earlier this year.

Urgent action is required to get on track towards the objectives of the Paris Climate Change Agreement and to achieve the 2030 Agenda Sustainable Development Goals.

“It was a positive Climate Change Conference in that it started recognizing the importance of a bottom up approach by putting at the heart of its thinking, stakeholders and citizens alike,” Miriam Dalli said, in comments to the press following a series of meetings with various delegations.

Dalli met representatives of various multilateral organisations and representatives from several countries, including China, India and Brazil, as well as members of business and industry NGOs.

Dalli welcomed initiatives such as the Open Dialogue between CoP parties and NGO constituencies, as well as the very first Gender Action Plan achieved under the Convention and the agreement reached on the platform for indigenous and local community climate action.

“The main message from this conference was the importance of a bottom-up approach. It lies in the strength our people, the communities, cities and regions hold in shaking and stirring policy makers into action,” she said. “This is the way forward if we want effective action that can deliver when it comes to Climate Change.”

The European Union, together with Canada and China, have taken the lead in filling some of the void on climate change leadership left by US President Donald Trump´s decision to quit the 2015 Paris climate pact by curbing its own greenhouse emissions.

 

 

 

 

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com