Miriam Dalli tmexxi leġiżlazzjoni għal karozzi li jaħdmu b’enerġija aktar nadifa  

Miriam Dalli tmexxi leġiżlazzjoni għal karozzi li jaħdmu b’enerġija aktar nadifa  

Miriam Dalli se tkun qed taħdem għal-leġiżlazzjoni ambizzjuża  sabiex jonqsu l-emmissjonijiet tal-karozzi filwaqt li nħeġġu aktar riċerka u innovazzjoni għall-vetturi li jaħdmu b’enerġija aktar nadifa.

 

Il-MPE Miriam Dalli se tkun qed tmexxi l-Parlament Ewropew fin-negozjati għal standards Ewropej dwar emmissjonijiet tal-karozzi lil hinn mill-2020. Din hija waħda mill-aktar leġiżlazzjoni importanti li tista’ tnaqqas l-emmissjonijiet madwar l-Unjoni Ewropea b’mod effettiv.

 

“Din il-leġislazzjoni mhix biss dwar miri għal tibdil fil-klima imma hija opportunità sabiex immexxu ‘l quddiem kwalità tal-arja aħjar, aktar karozzi li jaħdmu b’enerġija nadifa u aktar sigurtà għaċ-ċittadini. Se nkun qed naħdem fuq din il-leġislazzjoni hekk kif ikomplu joħorġu aktar aħbarijiet dwar kif il-Volkswagen qarrqu fit-testijiet għall-emissjonijiet u saħansitra issottomettew bnedmin u xadini għal testijiet. Se nara li l-interessi taċ-ċittadini, l-ħaddiema, l-operaturi onesti, l-inovazzjoni u r-riċerka jiġu s-salvagwardati,” qalet il-MPE Maltija meta kkumentat dwar din il-ħatra.

 

Il-Parlament Ewropew diġa rrakomonda mira ta’ 30% fl-2013. Fil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, din il-mira ta’ tnaqqis bi 30% fl-emmissjonijiet tista’ biss tintleħaq f’ħames snin oħra.

 

“Din hi problema li se nkun qed nanalizza u nindirizza,” saħqet Dalli.

 

L-abbozz ta’ dan ir-regolament huwa mmirat biex jindirizza tlett problemi: in-nuqqas ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku jew li ma jniġġsux ħafna; il-possibiltà li l-konsumaturi mhux qed jiggwadanjaw billi jiffrankaw il-fjuwil; u r-riskju li l-UE titlef il-kompetittività minħabba nuqqas ta’ innovazzjoni f’ teknoloġija b’emmissjonijiet baxxi.

 

L-aħħar informazjoni maħruġa minn Transport Malta u l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika turi kif hawn 372,061 vetturi liċenzjati f’ Malta sa Diċembru 2017, b’ aktar minn 78% huma vetturi li jġorru l-passiġieri. L-istatistika turi li 36 karozza qed jiġu rreġistrati kuljum f’Malta fejn il-popolazzjoni hi ftit aktar minn 400,000.

 

Ftit aktar minn 60% tal-vetturi għandhom magni li jaħdmu bil-petrol u 39% jaħdmu bid-diżil. Inqas minn 1% tal-vetturi fit-toroq tagħna jaħdmu bl-elettriku jew huma hybrid.

 

Bejn l-2005 u l-2014, il-livell tal-emmissjonijiet minn mezzi ta’ trasport fuq l-art f’Malta kiber b’ 16.4%.

 

“Jekk innaqqsu l-emmissjonijiet tal-karbonju inkunu qed intejbu l-kwalità tal-arja taċ-ċittadini tagħna, nħeġġu l-manifattura sabiex tkun innovattiva u nagħtu lill-UE dik il-kompetittività li tibbenefika kemm lill-konsumatur kif ukoll lill-ekonomiji, “ qalet Miriam Dalli.

 

Fir-rwol tagħha bħala rapportuer, Dr Dalli se tkun qed tmexxi diskussjonijiet mal-partijiet interessati kollha u se tkun qed taħdem għall-aħjar ftehim possibli mal-Kunsill Ewropew, ftehim li jpoġġi l-konsumaturi, s-saħħa pubblika u l- kompetittività Ewropea u t-tibdil fil-klima fuq quddiem.

 

Miriam Dalli to lead the EU legislation for cleaner cars

 

Miriam Dalli will push for ambitious legislation to reduce car emissions and encourage research and innovation in cleaner vehicles

 

Labour MEP Miriam Dalli will be leading the European Parliament in its negotiations on the European Unionʾs car emission standards beyond 2020, considered as one of the most critical EU legislations that can help reduce emissions across the EU.

 

“This legislation is not only about climate change targets alone but it will be my opportunity to push for better air quality, cleaner cars and citizensʾ safety. I will be working on this legislation as more news continue to unveil how Volkswagen cheated on emissions test and tested the impact of emissions on monkeys and humans alike. I will put the interests of citizens, workers, honest operators, innovation and research at the forefront,” the Maltese MEP commented on her appointment.

 

The European Parliament had already recommended a 30% target back in 2013. In the Commission´s current proposal, this 30% reduction would only be met five years later.

 

“This is an issue that I will be looking into and addressing,” Miriam Dalli insisted.

 

The draft regulation tries to address three key problems: insufficient uptake of electric and low-emissions vehicles; the possibility that consumers might be missing out on fuel savings; and the EU´s risk of losing its competitive advantage due to insufficient innovation in low-emission automotive technologies.

 

The latest data released by Transport Malta and the National Statistics Office showed that there were 372,061 licensed motor vehicles in Malta as of December 2017, more than 78% of which were passenger cars. The data shows that 36 new cars are registered every day in Malta, whose island population is just over 400,000.

 

Slightly above 60% of vehicles had petrol engines, with 39% running on diesel. Less than 1% of all vehicles on the road were electric or hybrid.

 

Between 2005 and 2014, the level of emissions from land transport in Malta grew by 16.4%.

 

“Reducing carbon emissions is about improving air quality for our citizens, encouraging manufacturers to innovate and give back the EU´s a competitive edge that benefits consumers and economies,” Miriam Dalli added.

 

In her role as rapporteur, Dr Dalli will be holding discussions with all stakeholders and push for the best possible deal with the European Council that puts consumers, public health, Europe’s competitiveness and climate change at its forefront.

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com