Mitluba passi mill-Europol b’rabta mal-abbuż sesswali tat-tfal online

Mitluba passi mill-Europol b’rabta mal-abbuż sesswali tat-tfal online

Stqarrija

 

L-Erbgħa 4 ta’ Ottubru 2017

 

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-MPE Miriam Dalli

 

Mitluba passi mill-Europol b’rabta mal-abbuż sesswali tat-tfal online

 

Il-Parlament Ewropew ivvota favur rapport li fost oħrajn jitlob għal azzjoni mill-Europol dwar l- abbuż sesswali tat-tfal online.

 

“Dan huwa suġġett importanti ħafna għalina,” qalet il-Membru tal-Parlament Ewropew Miriam Dalli li nnegozjat emendi għar-rapport f’isem il-grupp tas-soċjalisti u d-demokratiċi.

 

“Ir-rapport jappella lil Europol biex jistabilixxi sistemi anonimi fejn persuni jistgħu jirrapurtaw kontenut illegali, bħal materjal t’abbuż sesswali fuq it-tfal, filwaqt li jużaw salvagwardji tekniċi simili għal dawk li jiġu implimentati minn organizazzjonijiet tal-media,” spjegat Dalli.

 

Ir-rapport tal-Parlament Ewropew jemfasizza li materjal t’abbuż fuq it-tfal mhux sempliċiment jiġi mblukkat imma jrid jitneħħa kompletament. Inkella dak il-materjal jibqa’ aċċessibbli għal persuni f’pajjiżi differenti fejn dak l-imblukkar ma jkunx sar. Għalhekk li l-Istati Membri għandhom jaċċertaw l-infurzar ta’ ISPs biex materjal bħal dan jitneħħa kompletament.

 

Peró dan hu biss aspett wieħed li jħares lejh ir-rapport li jiffoka dwar is-sigurtà fuq l-Internet fejn elenka kwistjonijiet ewlenin u propona inizjattivi u policies fil-ġlieda kontra l-kriminalita’ online.

 

Dan ir-rapport kien imfassal qabel mal-Kummissjoni Ewropeja ippubblikat l-istrateġija tagħha dwar is-sigurtà fuq l-Internet magħrufa bhala Cyber Security u gwida numru ta’ elementi fil-proposta li ppreżentat il-Kummissjoni.

 

L-MPE Dalli qalet li “ħafna drabi l-kriminalità online u s-sigurtà online ma jafux fruntieri, allura ridt naċċerta ruħi li dan ir-rapport jikkunsidra l-aspetti teknoloġiċi, ġuridiċi u anke’ kriminali. Għal dan il-għan ressaqt numru ta’ emendi li jipprovdu metodi differenti ta’ kif nistgħu nindirizzaw il-kriminalita’ online inkluz ir-reviżjoni tal-mandat tal-Aġenzija Ewropeja għas-Sigurta tal-Informazzjoni speċifikament biex l-Aġenzija tibda tassisti lill-awtoritajiet fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità online.”

 

Għas-Soċjalisti u Demokratiċi huwa importantissimu li jintlaħaq bilanċ bejn is-sigurta online u l-privatezza tad-data personali tan-nies. “Huwa pożittiv li r-rapport filwaqt li jirrikonoxxi li avvanzi teknoloġiċi bhal encryption u anonymisation setgħu waslu għal żieda fi kriminalita’ online, jirrikonoxxi wkoll li din hija teknoloġija importanti. Mingħajr teknoloġija bħal din ma nkunux nistgħu nibgħatu emails privati u siguri, jew nużaw is-sistemi bankarji, ma nkunux nistgħux nibgħatu messaġġi jew nieħdu ritratti mingħajr ir-riskju li l-privatezza u d-data tagħna tkun kompromessa,” Dr Dalli insistiet.

 

Ir-rapport jappella għal sigurta’ aktar b’saħħitha għal infrastruttura sensittiva bħal grids tal-enerġija u smart grids fost l-oħrajn. Jappella wkoll lill-awtoritajiet biex jinkludu lil dawk li jissejjħu white hat hackers li huma persuni li jinvolvu ruħhom f’hacking biex isibu nuqassijiet u illegalitajiet online.

 

Ir-rapport kien approvat b’603 vot favur, 27 vot kontra u 39 astensjonijiet.

 

 

Cyber Security and the fight against Cyber Crime

The European Parliament voted in favour of a Cyber Security report outlining the main issues and proposing policy initiatives in the fight against cybercrime. The report was drafted before the European Commission released its Cyber Security strategy and it helped influence various elements of the Commission’s proposal.

 

MEP Miriam Dalli, the S&D negotiator of this report said that, “since cybercrime and cyber security are often of a cross border nature, it was imperative that the report considers the technological, judicial and criminal aspects. For this reason I suggested, through amendments, various approaches to tackle cybercrime, such as the revision of the EU Agency for Network and Information Security’s mandate so that the agency starts helping authorities in the fight against cybercrime.”

 

For the Socialists and Democrats it was extremely important to reach a balance between Cyber Security and the security of personal data. “It is positive that the report whilst recognising that technological advances such as encryption and anonymisation led to an increase in cybercrime, it recognises also that this technology is an opportunity. Without such technology we would not be able to send secure, private emails or use our banking systems and we would not be able to send text messages or take pictures without the risk of our privacy and our data being compromised and intercepted,” Dr Dalli insisted.

 

The report calls for a higher grade of security for critical infrastructure such as energy grids, smart grids etc. It also calls on authorities and entities to engage with white hat hackers – people who search infrastructural systems for flaws. The report also focuses on child sexual abuse online. “This topic is extremely important for S&D,” Miriam Dalli said whilst adding that, “the report calls for Europol to establish an anonymous system for reporting which allows individuals to report illegal content, such as child sexual abuse material, using technical safeguards similar to those implemented by numerous press organisations to facilitate the exchange of sensitive date.”

 

The European Parliament report emphasises that blocking child sexual abuse material doesn’t get rid of that materail and people in different Member States would still be able to access it. For this reason the report emphasises that Member States must ensure enforcement by ISPs to make sure that the material is no longer accessible and that it is taken down.

 

The report was approved with 603 votes in favour, 27 votes against and 39 abstentions.

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com