Opportunitajiet għal riċerka u innovazzjoni permezz tal-programm ta’ fondi Horizon Europe – Miriam Dalli

Opportunitajiet għal riċerka u innovazzjoni permezz tal-programm ta’ fondi Horizon Europe – Miriam Dalli

Stqarrija

 

Is-Sibt, 6 ta’ April 2019

 

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-MEP Miriam Dalli

 

Biex inkomplu nsaħħu ekonomija li hija sostenibbli u servizzi f’oqsma differenti, l-innovazzjoni tinsab fil-qofol tal-viżjoni Malta fil-livell li jmiss. Qalet dan l-Ewroparlamentari Miriam Dalli waqt attività fil-Gudja.

 

Dr Dalli sostniet li l-innovazzjoni hija ċ-ċavetta biex pajjiżna jkompli jsostni r-ritmu ekonomiku u jattira industriji tal-futur.

 

“L-innovazzjoni hija l-muftieħ għall-ekonomiji tal-futur. Għal żmien twil, ix-xogħol tal-idejn, l-artiġġjanat u s-snajja tajnihom il-ġenb. L-innovazzjoni tidħol hawnhekk ukoll. L-ekonomija globali qed tkun aktar innovattiva u hija r-responsabilità ta’ pajjiżna li tkun fuq quddiem nett ta’ dik l-innovazzjoni,” qalet l-Ewroparlamentari.

 

Dalli spjegat kif innovazzjoni tapplika għal fierxa wiesgħa, minn sensors għal makkinarju, energy u smart grids, 3D printing, blockchain u aktar. B’referenza għal skoperti li saru minn żviluppaturi u riċerkaturi Maltin, Miriam Dalli qalet li dan it-talent li jeżiżti f’pajjiżna rridu nsostnuh u nsaħħuh.

 

Hija elenkat ħames prijoritajiet li permezz tagħhom l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp jistgħu jikbru f’pajjiżna. Dawn huma: (i) investiment akbar fir-riċerka u l-iżvilupp, (ii) aċċess għal fondi, (iii) programmi edukattivi, (iv) kollaborazzjoni akbar bejn riċerkaturi u (v) partnerships bejn universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi, is-settur privat u anke s-settur pubbliku – sew fuq livell lokali u anke fuq livell Ewropew.

 

Miriam Dalli spjegat kif fondi Ewropej bħalma hu Horizon Europe, li jiffinanzja proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni, jipprovdu fondi għal dawn it-tip ta’ proġetti. Minn dan jistgħu jibbenefikaw innovaturi li għandhom ideat konkreti, prototypes jew proġetti li huma żviluppati u jridu jidħlu fis-suq.

 

“Dan il-fond qed jaħseb speċifikament għal SMEs, grazzi għall-ħidma li saret minn numru ta’ MEPs tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi,” qalet Dalli. Fost dawn l-MEPs fil-Kumitat tal-Industrija, Riċerka u Enerġija kien hemm Miriam Dalli wkoll.

 

Parteċipi għal din l-attività kien hemm ukoll Dr Abdalla Kablan, intraprenditur u espert tal-fintech li ddeskriva lil Miriam Dalli bħalha politiku li ma tiddejjaq xejn tmur kontra l-kurrent fejn jidħlu inizjattivi ġodda – jekk hux fil-qasam tas-saħħa, biex tiġġieled id-diskriminazzjoni jew permezz tal-liġi li mexxiet biex jonqos it-tniġġis mill-karozzi.

 

“Nemmen li permezz ta’ din il-liġi infetħu bibien fil-qasam tal-innovazzjoni, fl-intelliġenza artifiċjali, l-internet of things u fil-blockchain. Imma biex din l-innovazzjoni sseħħ hemm bżonn ta’ politiċi b’viżjoni u li bħal Miriam jemmnu li rridu ninvestu fiż-żgħażagħ li huma l-futur.”

 

 

Research and innovation opportunities through Horizon Europe funding programme – Miriam Dalli

To continue strengthening a sustainable economy and services in different sectors, innovation lies at the heart of a vision to take Malta to the next level, MEP Miriam Dalli said during an activity in Gudja.

 

Dr Dalli reiterated that innovation is the key for Malta to continue sustaining its economic rhythm and attract future industries.

 

“Innovation is the key for future economies. Additionally, for a long time, crafts and trade were sidelined but innovation plays a role here too to revitalise them. The global economy is becoming more innovative and it is the responsibility of our country to be at the forefront of that innovation,” the MEP said.

 

Dalli explained how innovation applies to a wide range of sectors, from sensors to machinery, to energy and smart grids, 3D printing, blockchain and more. Referring to discoveries made by Maltese developers and researchers, Miriam Dalli said that the talent in Malta needed to be encouraged and sustained.
She went on to propose five priority areas that would foster innovation, research and development growth in Malta and Gozo. These are: (i) increased investment in research and development, (ii) access to funds, (iii) educational programs, (iv) increased collaboration between researchers and (v) partnerships between universities and educational institutions, the private and public sectors – both at local level and even at European level.

Miriam Dalli explained how EU funds such as Horizon Europe help finance research and innovation projects, benefitting innovators who have concrete ideas, prototypes or developed projects seeking to enter the market.

“Thanks to the work done by the Socialists and Democrats in the European Parliament, this fund is also aiming specifically at SMEs,” Dalli said, who was among the MEPs in the Committee on Industry, Research and Energy pushing for this.

Participating in this activity was also entrepreneur and fintech experts, Dr. Abdalla Kablan. He described Miriam Dalli as a politician who does not shy away from going against the current, be it in health, to combat discrimination or through the legislation she piloted to reduce CO2 emissions from cars.

“I believe that this law has opened the pathway towards ​innovation, artificial intelligence, the internet of things and blockchain. For this innovation to happen we need politicians like Miriam who have a vision and believe in the need to invest in youths who are our future.”

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

 

 

 

 

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com