Persuni bi dħul baxx jew u paga medja għandhom iħallsu madwar 25% tad-dħul tagħhom f’kera – l-MEP Miriam Dalli

Persuni bi dħul baxx jew u paga medja għandhom iħallsu madwar 25% tad-dħul tagħhom f’kera – l-MEP Miriam Dalli

Persuni li għandhom dħul baxx u paga medja għandhom iħallsu madwar 25% tad-dħul tagħhom f’kera. Dan jista’ jsir permezz ta’ indiċi li jqabbel il-kirjiet mad-dħul tal-familji. Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli proponiet dan waqt li indirizzat attività fl-Orpheum fil-Gżira.
Dr Dalli spjegat kif il-kirjiet irduppjjaw f’ħames snin u dan qed iwassal għal piżijiet akbar lill-familji tagħna. Iżda fl-istess waqt qalet Dalli is-soluzzjoni m’għandix tkun indħil dirett fis-suq tal-kirjiet u tal-propjetà.
Dalli żiedet tgħid li miżura oħra li tista’ tassigura stabbilità hi li meta jkun hemm żidiet fil-kirjiet għandu jkun hemm żidiet fuq medda ta’ snin, b’rati miftemin mas-sid tal-post bil-quddiem biex joffri sens ta’ stabbilità lill-familji.
Din il-proposta nibtet wara laqgha li kellha riċentament ma’ support group ta’ persuni separati fi ħdan il-Caritas fejn diversi persuni esprimew it-tħassib tagħhom dwar kif mhux qed isibu postijiet affordabli għall-kiri.
L-aktar milquta minn din il-problema huma persuni li qegħdin bil-minimum wage jew li minħabba kundizzjonijiet ta’ saħħa ma jistgħux jaħdmu full time, kompliet Dalli.
Iżda hemm ukoll persuni kemm weħidhom kif ukoll koppji żgħażagħ li jaqilgħu ftit aktar mill-minimum wage u li xorta waħda qed isibuha diffiċli li jsibu post fejn jgħixu b’kirja jew xiri, tenniet Dalli.
Dalli rrikonoxxiet l-impenn ta’ Gvern Laburista li daħħal fis-seħħ skemi biex aktar nies ikunu sidien ta’ djarhom, daħħal sussidju fil-kirjiet, u beda jaħdem fuq white paper dwar il-kirjiet, fost l-oħrajn.
Dr Dalli saħqet kif dan kollu jilgħab rwol importanti biex nassiguraw ukoll li għadd ta’ ċittadini Maltin u Għawdxin ma jibqgħux dipendenti fuq il-Gvern iżda jkollhom l-għodda neċessarji biex ikollhom post affordabbli fejn jgħixu.
“Irridu nkunu proattivi biex nindirizzaw ir-realtajiet godda li qed naraw f’pajjiżna u nkomplu noħolqu inzijattivi biex nassiguraw li s-suċċess ekonomiku li qed igawdi minnu l-pajjiż ikompli jasal għand kulhadd”, kkonkludiet l-ewroparlamentari.
Matul din il-laqgħa qamet ukoll diskussjoni dwar is-sigurta. Dwar dan Dr Dalli laqgħet l-inizjattiva ta’ dan il-Gvern li jkun hemm aktar Pulizija Paceville, iżda rrimarkat ukoll dwar il-bżonn li jkun hemm aktar patrolling tal-pulizija anke fl-inħawi tal-Gżira, San Ġiljan u Pembroke.
“Iż-żieda fil-popolazzjoni ta’ nies li jiffrekwentaw dawn in-naħat iġġib magħha wkoll il-bżonn li nagħtu wkoll ir-riżorsi lill-forzi tal-ordni biex nassiguraw li l-liġijiet ikunu infurzati”, tenniet Dalli.
Suġġetti oħra li ġew diskussa waqt din il-laqgħa kienu l-immigrazzjoni, l-qasma li hemm fil-Partit Nazzjonalista, l-Inizjattiva LEAD u l-vot tant mistenni dwar il-liġi li qed tmexxi Miriam Dalli biex nnaqqsu t-tniġġis mill-karozzi.

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com