Qbil dwar miri b’saħħithom għal tnaqqis fl-emissjonijiet mill-karozzi ġodda fl-2030

Qbil dwar miri b’saħħithom għal tnaqqis fl-emissjonijiet mill-karozzi ġodda fl-2030

Stqarrija

 

It-Tlieta, 18 ta’ Diċembru 2018   

 

Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-MEP Miriam Dalli  

 

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli: Imbuttajna bis-sħiħ biex inwasslu benefiċċji reali favur is-saħħa, l-konsumaturi u l-innovazzjoni għaċ-ċittadini Ewropej

 

Wara ħames sessjonijiet fit-tul u aktar minn 25 siegħa ta’ negozjati iebsa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew wasslu għal ftehim proviżorju dwar it-tnaqqis mill-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi u vannijiet żgħar u ġodda fl-2030.

 

Dan il-ftehim b’saħħtu kien possibbli permezz tal-pożizzjoni determinata li  żammet l-MPE Maltija Miriam Dalli, biex bħala negozjatur tiżgura li ma jkunx hemm mira inqas minn 37.5% għall-karozzi ġodda fl-2030, meta mqabbla mal-proposta oriġinali ta’ 30% min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea.

 

Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew għalaq b’suċċess numru ta’ lakuni li xi pajjiżi riedu jdaħħlu biex idgħajfu l-leġiżlazzjoni. Permezz ta’ proposta tal-Parlament Ewropew, għall-ewwel darba hemm obbligu biex il-Kummissjoni Ewropea ssegwi u tirrapporta data dwar il-konsum tal-fjuwil biex l-emissjonijet tas-CO2, kif ittestjati fil-laboratorju, ma jkunux differenti minn dak li realment qed joħroġ mill-karozzi fit-triq. Miri aktar stretti jkunu mposti fuq min ma jkunx konformi mar-regolamenti.

 

Il-leġiżlazzjoni titlob ukoll lill-Kummissjoni Ewropea biex tevalwa l-possibiltà li jinħoloq fond li jkun ta’ sostenn fit-tranżizzjoni lejn ekonomija li ma tagħmilx ħsara lill-klima (climate neutral economy) u b’mod partikolari biex tappoġġja lill-ħaddiema fis-settur tal-manifattura tal-karozzi.

 

“Bħala Parlament ħarisna li nissalvagwardjaw l-integrità ambjentali ta’ din il-liġi u biex inwasslu benefiċċji reali favur is-saħħa, l-konsumaturi u l-innovazzjoni għaċ-ċittadini Ewropej,” qalet Miriam Dalli b’reazzjoni għal ftehim milqugħ.

 

“Wasalna għal dan il-ftehim minkejja oppożizzjoni ħarxa mill-industrija tal-karozzi u ċertu Stati Membri li ma riedux jirrikonoxxu l-opportunitajiet li jinħolqu minn miri ambizzjużi u sodi.”

 

Dr Dalli tenniet li l-kompetittività tal-industrija tal-karozzi hija marbuta mal-kapaċità tagħha li tiġġedded.

 

“Issa li ntlaħaq ftehim proviżorju, inħares ‘il quddiem biex nara lill-Istati Membri jilleġiżlaw favur proposti iktar nodfa b’benefiċċju għall-konsumaturi u għall-industrija, li jissarrfu f’titjieb fis-saħħa u l-ambjent tagħna.”

 

European Parliament secures strong 37.5% CO2 target for new cars in 2030

 

Maltese MEP Miriam Dalli: “We fought strongly to bring real health, consumer and innovation benefits to European citizens”

 

After five trilogues and more than 25 hours of tough negotiations, a provisional agreement on CO2 reductions for cars and light passenger vans was reached between the European Parliament and the European Council.

 

A strong negotiating position held throughout by rapporteur Miriam Dalli has ensured a 37.5% target for cars in 2030, departing from a Commission proposal of 30%.

 

Moreover, the Parliament successfully closed a number of loopholes that would have otherwise weakened the legislation. For the first time ever, based on the Parliament’s proposal, the legislation introduces an obligation for the European Commission to monitor and report fuel consumption meter data as to prevent the CO2 gap between the real world and laboratory tests from growing. Failure to comply with the regulation will result in manufacturers facing stricter targets.

 

Fully embracing the concerns of trade unions, the proposed legislation directs the European Commission to assess the possibility of creating a fund to address the transition required to achieve a climate neutral economy and in particular to support workers in the car manufacturing sector.

 

“As Parliament, we strongly fought to safeguard the environment integrity of the proposal and bring real health, consumer and innovation benefits to European citizens,” rapporteur Miriam Dalli said.

 

“We achieved this deal despite the fierce opposition from the car industry and certain Member States who refused to acknowledge the opportunities that stem from a more ambitious targets.”

 

Dr Dalli reiterated that the competitiveness of the automotive industry is related to its capacity to innovate.

 

“Now that a provisional agreement has been reached, I look forward to seeing Member States legislating in favour of cleaner and greener proposals which would ultimately benefit our health and our environment, translating into both consumer and industry benefits.”

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

 

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com