Tibda l-ħidma biex l-ittestjar tal-annimali fil-kożmetika jiġi projbit madwar id-dinja

Tibda l-ħidma biex l-ittestjar tal-annimali fil-kożmetika jiġi projbit madwar id-dinja

Stqarrija

  

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-MEP Miriam Dalli

 

L-Erbgħa 29 ta’ Novembru 2017

 

Tibda l-ħidma biex l-ittestjar tal-annimali fil-kożmetika jiġi projbit madwar id-dinja

 

Issa li l-Unjoni Ewropea wriet lid-dinja li l-tneħħija tal-ittestjar tal-annimali hija possibbli, il-pass li jmiss hu li din il-projbizzjoni tkun waħda dinjija.

Il-MPE Laburista Miriam Dalli, koordinatur tal-Kumitat ENVI f’isem is-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, qed tmexxi l-abbozzar ta’ reżoluzzjoni dwar l-importanza li ttestjar tal-animali fuq prodotti kożmetiċi jkun projbit fuq livell globali.

 

Bosta ċittadini u għaqdiet mhux governattivi madwar id-dinja huma mħassba dwar l-użu tal-annimali għall-ittestjar. Fl-istess ħin, il-projbizzjoni totali tal-Unjoni Ewropea f´dan is-sens ħalliet riżultati pożittivi.

 

“L-Ewropa għandha settur tal-kożmetika innovattiv u b’saħħtu u r-riċerka fuq metodi alternattivi kellhom riżultati impressjonanti,” qalet Dalli waqt li kienet qed tindirizza l-kumitat tal-ambjent fi ħdan il-Parlament Ewropew, qabel ittieħed il-vot biex ikun hemm reżoluzzjoni li tħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tippromwovi projbizzjoni globali.

 

“L-UE bagħtet messaġġ b’saħħtu lid-dinja u uriet li t-tneħħija gradwali tal-projbizzjoni globali hi possibbli”.

 

Il-Kumitat ENVI jinsab f’kuntatt kontinwu mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea sabiex imexxi ‘l quddiem projbizzjoni globali fuq ittestjar tal-annimali, bbażata fuq il-mudell tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kożmetika.

 

“Ix-xjenza moderna hija bbażata fuq teknoloġija innovativa u alternattiva li ma tinvolvix annimali. Dan hu l-messaġġ li nixtiequ ngħaddu fuq livell globali. Irridu l-appoġġ tal-Kummissjoni u l-Kunsill u rriduhom li jieħdu azzjoni.  Għalhekk, f’din ir-riżoluzzjoni, insaqsuhom sabiex jippromwovu projbizzjoni globali fuq ittestjar tal-annimali fil-kożmetika,” żiedet Dalli.

 

Barra minn hekk, waqt dibattitu fil-plenarju,  il-MPE se jkunu qed isejjħu lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jassiguraw li l-infurzar ta’ projbizzjoni globali ma’ jmurx kontra l-ftehim tal-kummerċ u r-regoli tal-Organizzazjoni Dinjija tal-Kummerċ.

 

Il-MPE Laburista saħqet li ttestjar tal-annimali ma jfissirx li npoġġu l-ħajja tal-bniedem f’riskju:

“Lanqas ma tfisser li nwaqqfu l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda. Minflok, jistgħu jinstabu alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali li jista’ u se jkun qed itejjeb il-kwalità.”

 

Ir-riżoluzzjoni li qed tikkordina Miriam Dalli se jkun qed jittieħed vot fuqha fil-plenarja ta’ Marzu, wara dibattitu mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea.

Minkejja avvanzi leġislattivi importanti li saru, madwar 80% tal-pajjiżi madwar id-dinja iħallu ttestjar fuq l-annimali isir, kif ukoll iħallu t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti kożmetiċi li jkunu ġew ttestjati fuq l-annimali.

 

Ir-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kożmetika iniżżel kundizzjonijiet li jridu jilħqu prodotti u ingredjenti kożmetiċi  sabiex jitqiegħdu fis-suq Ewropew. Din il-projbizzjoni bdiet tiġi applikata f’Marzu 2013. L-UE wriet li t-tneħħija gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali hija possibbli. 

 

Taking the ban on animal testing for cosmetics beyond Europe

 

Now that the European Union has proven to the world that the phasing out of animal testing is possible, the next step is to take the ban global.

 

Labour MEP Miriam Dalli, coordinator on the ENVI committee on behalf of the Socialists and Democrats in the European Parliament, is leading the drafting of a resolution on the importance of a global ban against the animal testing of cosmetics.

An ever-increasing number of citizens and NGOs are concerned by the use of animal testing worldwide. The European Unionʾs full ban on animal testing and marketing of cosmetic products brought impressive results.

 

It also achieved positive outcomes for the industry.

“Europe has a thriving and innovative cosmetics sector, and research efforts on alternative methods have achieved impressive results,” Dalli said, as she addressed the EP committee on the environment ahead of a vote to push for a resolution encouraging the EU to promote a global ban.

“The EU has sent a strong to the world and successfully shown that the phasing-out of animal testing for cosmetics was possible.”

 

The ENVI committee is engaging with both the European Council and the European Commission in pushing for decisive action to spearhead an international agreement to bring to a definitive end cosmetics animal testing globally, based on the model of the EUʾs Cosmetics Regulation.

 

“Modern science can be based on innovative non-animal technologies and alternatives. This is the message we wish to deliver at global level. We need the support and actions of the Commission and the Council. Therefore, in this resolution, we ask them to promote a global ban on animal testing for cosmetics,” Dalli added.

 

Moreover, the MEPs will be calling on the Council and Commission to explain how an enforcement of a global ban does not conflict with trade agreement and World Trade Organisation rules.

 

The Labour MEP has argued that replacing animal testing does not mean putting human patients at risk: “It also doesn´t mean stopping the development of new products. Instead, replacing animal testing can, and will, improve quality.”

 

The resolution being coordinated by Miriam Dalli will be voted upon in the March plenary session, following the debate with both the European Council and the European Commission.

Despite some notable legislative advances, around 80% of the worldʾs countries still allow animal testing and the marketing of cosmetics tested on animals.

 

The EUʾs Cosmetics Regulation lays down the conditions for the marketing of cosmetic products and ingredients in the EU. The marketing ban of finished cosmetic products and cosmetic ingredients which were tested on animals became fully applicable in March 2013.

 

The EU has since shown that the phasing-out of animal testing for cosmetics is indeed possible.

 

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

HTML Snippets Powered By : XYZScripts.com