Aktar minn 78,000 siegħa f’ħidma ta’ manutenzjoni u tindif fil-komunitajiet

Permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-Ewroparlamentari Miriam Dalli u l-OZO Group, aktar minn 25 kunsill lokali irċivew għajnuna biex iżommu l-lokalitajiet tagħhom nodfa matul il-pandemija Aktar minn 25 kunsill lokali ġew mgħejjuna direttament minn OZO Group, grazzi għal kollaborazzjoni mal-Membru tal-Parlament Ewropew, Miriam Dalli. Permezz ta’ din l-inizjattiva, 600 ħaddiem mill-kumpanija privata OZO Group qed jassistu…

Il-Prodott Agrikolu Malti

Malta u Għawdex huma gżejjer żgħar b’limitazzjonijiet ċari partikolarment fejn tidħol l-agrikoltura, s-sajd u anke’ x-xogħol tar-raħħala. Pero’ jekk hemm xi ħaġa li tgħallimt minn din il-pandemija tal-Coronavirus, huwa kemm hu importanti għal pajjiż żgħir bħal tagħna li jkun jiddependi fuq il-prodott tal-ikel tiegħu u mhux isir dipendenti fuq ikel impurtat. Naħseb li għal żmien…

Miżuri biex insalvaw

Jekk hemm ħaġa waħda ċerta bħalissa hija li ma nafux kemm se ttul il-pandemija tal-Coronavirus. Inċertezza li tagħmilha diffiċli nipprevedu l-isfidi kollha li jistgħu jinqalgħu.   Il-verita hi li dan kollu huwa ġdid. Ħadd ma kien ippreparat għal din il-pandemija imma hemm affarijiet li nistgħu nipprevedu u nibdew naħsbu għalihom. Ewelnin fosthom ir-riperkussjonijiet ta’ din…

Tama fl-altruwiżmu

Meta ngħaddu minn żminijiet diffiċli, spiss niskopru affarijiet dwarna nfusna u dwar dawk ta’ madwarna li ftit li xejn inkunu konxji minnhom. Dan hu żmien fejn joħroġ sew is-sabiħ imma anke’ l-ikrah ta’ ċertu karattri. Li l-aktar jimpressjonani huwa l-pożittiv li joħroġ. Żminijietna huma bla preċedent: fejn qabel dejjem smajna kemm hu bżonn li nżommu…

It-Tixrid tal-Informazzjoni Essenzjali Kontra l-Coronavirus

Ma nistgħux niddiskutu ġrajjiet kurrenti jekk ma niddiskutux il-Coronavirus. Il-preżenza ta dan il-virusu l-mod li bih qed nirreaġixxu bħala Ewropej jwassalni għal numru ta’ osservazzjonijiet. Ewlenija fost dawn l-osservazzjonijiet hija l-importanza li, għalkemm dan il-virus jolqotna separatament bħala pajjiżi, il-mod li bih nindirizzawh għandu jkun magħqud u b’saħħtu. Fejn jidħlu fondi, riċerka, u qsim ta…

Progress u Tiġdid

Kemm itir iż-żmien! Għaddieli dan il-ħsieb minn moħħi din il-ġimgħa stess meta intbaħt li dalwaqt magħna t-tielet xahar ta’ dan id-deċenju l-ġdid. Tar iż-żmien ukoll minn fuq il-Partit Laburtista, li din is-sena jiċċelebra t-twaqqif mill-100 sena tiegħu. Il-medda taż-żmien iġġib magħha ammont ta’ opportunitajiet. L-ikbar opportunita’ hija dik li niġġeddu. It-tiġdid mhux biss eżerċizzju li…

Fi Klassi Waħda Imma Mhux f’Keffa Waħda

Id-diversità hija l-arti li wieħed jaħseb flimkien, b’mod indipendenti. Dan huwa kliem Michael Forbes li spiss naħseb dwaru, speċjalment meta niltaqa’ ta’ kuljum ma’ tant realtajiet ta’ nies u ċirkostanzi differenti. Kemm hu sabiħ li ngħarfu naħdmu għal għan wieħed, imma fl-istess waqt naħdmu u naħsbu bil-mod individwali tagħna. Jekk hemm post fejn wieħed jista’…

Partit magħqud, pajjiż magħqud

Qed nikteb din l-opinjoni waqt li bħalissa aktar minn 17,000 persuna huma eliġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għal mexxej tal-Partit Laburista. Dan ifisser li min ġie elett illum se jkun ukoll qed imexxi lil Malta bħala Prim Ministru. Id-delegati u l-membri tal-Partit qalu tagħhom. Illum min ġie elett irid jirritorna l-fiduċja tal-votanti billi jaħdem biex il-Partit…

Triq ‘il quddiem

Fl-istess ħin li l-Prim Ministru Robert Abela kien qed iħabbar il-Kabinett il-ġdid tiegħu, bid-dekasteri differenti, il-Parlament Ewropew kien qiegħed jivvota fuq riżoluzzjoni dwar il-Green Deal Ewropew. Għalfejn qed insemmi dawn iż-żewġ fatti f’daqqa?   Bħala n-negozjatur f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi għal din ir-riżoluzzjoni, imxejt fuq il-viżjoni li nemmen fiha. Dik illi t-tkabbir ekonomiku ikun wieħed sostenibbli,…