Il-Pandemija COVID-19 ħalliet numru ta’ Stati Membri fi bżonn urgenti ta’ tagħmir mediku u protettiv. Limitazzjonijiet fuq il-bejgħ ta’ dan il-materjal jagħmilha diffiċli għall-pajjiżi bħal Malta biex jikbsu dawn il-provvisti essenzjali.

 

Il-MPE Laburista Miriam Dalli qed taħdem favur xiri effiċjenti u flessibbli ta’ tagħmir mediku, hekk kif pajjiżi madwar l-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qed isibuha dejjem aktar diffiċli biex jixtru t-tagħmir mediku u protettiv meħtieġ.

 

F’laqgħa online dalgħodu mal-kapijiet tad-delegazzjonijiet fil-Parlament Ewropew, Miriam Dalli qalet li hu essenzjali li l-UE tiżgura provvista kontinwa ta’ oġġetti essenzjali, u tagħmir mediku vitali u protettiv fil-pajjiżi membri kollha.

 

“Dan hu żmien ta’ prova għas-solidarjetà. Hemm bżonn ta’ sforz ikkoordinat minn kullħadd biex kull Stat Membru jkollhom t-tagħmir meħtieġ. Azzjonijiet unilaterali mill-Istati Membri jmorru kontra l-ispirtu ta’ solidarjetà li rridu niżguraw f’dan il-ħin. Filwaqt li wieħed jifhem li pajjiż manifattur jaħseb l-ewwel fih innifsu, dan m’għandux iwassal għal restrizzjonijiet mhux ġustifikati, li jitfgħu f’periklu il-provvista u d-distribuzzjoni ta’ prodotti kritiċi,” qalet Miriam Dalli, Viċi President tal-Grupp Soċjalisti u Demokratiċi (S&D).

 

“Bħala S&D se nagħmlu minn kollox biex nevitaw sitwazzjoni fejn l-akbar Stati Membri jkollhom poter ta’ negozjar aktar b’saħħtu minn pajjiżi iżgħar bħal Malta. Qegħdin insejħu għal mekkaniżmu ta’ xiri konġunt bejn il-pajjiżi biex niżguraw provvista, nevitaw spekulazzjoni fuq il-prezzijiet u jkun hemm aċċess indaqs għal kull pajjiż tal-UE, irrispettivament mid-daqs jew il-pożizzjoni ġeografika tiegħu. Dan mhuwiex iż-żmien ta’ min jaħseb għal rasu iżda li jkun hemm sforz Ewropew kkoordinat biex kulħadd ikollu t-tagħmir li jsalva l-ħajjiet. Dan irid japplika wkoll għax-xiri tat-tilqim kontra l-COVID-19, meta jsir disponibbli.”

 

Miriam Dalli ġiet appuntata fuq it-task force tal-S&D, magħmula mill-President tal-Grupp, il-Viċi Presidenti u l-koordinaturi relevanti. Fl-aħħar jiem kienu għaddejjin b’ħidma intensiva fuq Pjan ta’ Azzjoni Politika, b’miżuri immirati biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-pandemija u biex jilqgħu għal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali. Il-Pjan ta’ Azzjoni – li jinkludi wkoll il-proposta favur xiri konġunt – se jiġi ppreżentat lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel u lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen.

 

Il-pjan ta’ azzjoni jħares lejn l-impatt fuq il-pandemija fuq is-saħħa pubblika, l-ekonomija u s-social welfare. Fil-pjan ta’ politika tagħhom, l-S&D jwissu li azzjoni ineffettiva u mhux biżżejjed tista’ twassal għal telf ta’ miljuni ta’ impjiegi.

 

L-S&D tappoġġja l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-flessibbiltà sħiħa tal-qafas tal-Għajnuna mill-Istat (State Aid). Il-Grupp laqa’ wkoll l-qafas propost li, fost oħrajn, jippermetti għotjiet diretti, sussidji ta’ self pubbliku lill-kumpaniji u salvagwardji għal banek li jappoġġjaw l-ekonomija reali.

 

“Huwa importanti li l-koeżjoni soċjali tiġi promossa bl-appoġġ ta’ politika nazzjonali immirata lejn il-ħarsien tal-ħaddiema u tal-persuni vulnerabbli. Hemm bżonn azzjoni biex nipproteġu l-istrutturi ekonomiċi u soċjali tagħna, is-saħħa u l-impjiegi tan-nies. Huwa biss billi naġixxu issa li nistgħu nippreparaw kif suppost għal futur sostenibbli u reżiljenti għal kulħadd,” ikkonkludiet Miriam Dalli.

 

 

Miriam Dalli part of COVID-19 S&D task force, pushes for joint EU procurement of medical supplies

 

 

The COVID-19 pandemic has left many Member States in dire need of urgent medical and protective equipment. Limitations imposed on selling make it difficult for countries such as Malta to access essential supplies

 

Labour MEP Miriam Dalli is pushing for the efficient and flexible joint procurement of medical supplies as countries across the European Union, including Malta, find it increasingly hard to procure the necessary medical and protective equipment.

 

In an online meeting of the heads of delegations, Miriam Dalli called on the EU to ensure the continuous supply of essential goods, and vital medical and protective equipment within its Member States.

 

“This is the time for real solidarity. A coordinated effort amongst all Member States is needed to ensure that medical equipment is distributed amongst all Member States. Unilateral actions by Member States go against the spirit of solidarity that everyone should ensure at this time. Whilst it is understandable that a manufacturing country would first think of its nation, this should not lead to unjustified restrictions that jeopardise the supply and distribution of critical supplies,” Miriam Dalli, Vice-President of the Socialists & Democrats Group (S&D), said.

 

“As S&D we will work hard to avoid situations where the biggest Member States have a stronger negotiating power over smaller Member States like Malta. We are asking for a joint procurement mechanism to ensure supply, avoid price speculation and allow equal access for all EU countries, irrespective of their size or geographical position. Instead of every EU country trying to do it locally, a coordinated EU effort could ensure that life-saving equipment is distributed more fairly. This should also apply to the procurement of the vaccine against COVID-19, once it becomes available.”

 

Miriam Dalli is part of an S&D task force composed of the President of the Group, Vice-Presidents and relevant coordinators who over the past days were hard at work on a Policy Action Plan with measures aimed at helping the fight against the pandemic and tackle the consequences and aftermath. The Action Plan – which includes the joint procurement proposal – will be presented to European Council President Charles Michel and European Commission President, Ursula von der Leyen.

 

The action plan looks at the impact of the pandemic on public health, the economy and the social welfare. In its policy plan, the S&D warns that an ineffective and insufficient political response to the COVID-19 crisis could result in millions of job losses.

 

The S&D supports the European Commission and the Member States in applying full flexibility of the State Aid framework. It also welcomed the proposed framework that, amongst others, enables direct grants, subsidies public loans to companies and safeguards for banks that support the real economy.

 

“It is vital that social cohesion is promoted by supporting national policies aimed at protecting workers and vulnerable people. Action is needed to protect our economic and social structures, people’s health and jobs and their wellbeing. It is only by acting now that we can prepare properly for a sustainable and resilient future for all,” Miriam Dalli concluded.

 

 

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni

Partit Laburista