“Nistgħu noħolqu impjiegi ġodda, f’realtà ekonomika ġdida, jekk ikollna politika soda u sistema tajba ta’ finanzjament” – Miriam Dalli

 

Il-MPE Laburista Miriam Dalli irrappreżentat il-pożizzjoni tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fuq il-Green Deal Ewropew. Il-pożizzjoni tagħha kienet b’saħħitha, dwar kif dan il-ftehim jista’ jippożizzjona lill-Ewropa fuq quddiem f’industriji li joperaw b’mod li jiffavorixxi il-klima. Dalli kienet parteċipi wkoll f’negozjati ma’ gruppi politiċi oħra dwar din ir-riżoluzzjoni, f’laqgħat li damu sas-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu.

Dalli elenkat it-tliet pilastri ewlenin li fuqhom għandha tkun ibbażata t-tranżizzjoni  ġusta: il-parteċipazzjoni, l-appoġġ u l-ħolqien.

“Jekk ikun hemm finanzjament u politika tajba, ikollna opportunità biex jinħolqu impjiegi ġodda f’realtà ekonomika ġdida,” qalet Miriam Dalli waqt dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar il-Fond ta’ Tranżizzjoni  Ġusta.

Dalli hija responsabbli għad-direzzjoni politika tal-S&D fir-rigward tal-Green Deal Ewropew. Fost it-tħassib dejjem jikber dwar l-impatti tat-tibdil fil-klima, Dalli qalet li l-azzjoni dwar il-klima għandha tkun ta’ benefiċċju għal dawk l-aktar vulnerabbli u ta’ appoġġ għal dawk bi dħul baxx.

“Dawk li jaħdmu f’attivitajiet li jużaw ħafna karbonju ma jistgħux jiġu mwarrba: għall-impjiegi ta’ għada, se jkunu meħtieġa ħiliet differenti. Irridu niżguraw li l-ħaddiema tal-lum jaddattaw għal din il-bidla filwaqt li l-ħaddiema ta’ għada jkunu mħarrġa f’abbiltajiet ġodda,” qalet Dalli.

Dalli tenniet li tranżizzjoni  ġusta u inklussiva għandha tkun ibbażata fuq il-ħaddiema u l-komunitajiet affettwati, biex dawn ikunu parteċipi fl-ippjanar tal-azzjoni dwar il-klima. Għandu jingħata appoġġ permezz ta’ programmi finanzjarji ffokati u l-enfasi fuq il-kapaċitajiet, biex tingħata prijorità lil dawk l-aktar vulnerabbli, filwat li jinħolqu impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità, flimkien ma’ miżuri soċjali b’saħħithom.

“Għandna nkunu ppreparati bl-aħjar prattiċi, biex noffru assistenza teknika u għarfien u biex nappoġġjaw inizjattivi intensivi, bħall-iżvilupp ta’ impjanti tal-enerġija nadifa, il-mobilità elettronika, it-turiżmu u attivitajiet agrikoli” temmet tgħid Miriam Dalli. 

 

 

Miriam Dalli lists the three main pillars for green Just Transition: participation, support and creation

 

“New jobs in a new economic reality can be created given the right policies and the right financing” – Miriam Dalli

 

Labour MEP Miriam Dalli has set the tone for the Socialists and Democrats Group’s position on the European Parliament’s resolution covering the European Green Deal. Following late night negotiations by the political groups, which ran into the early hours of Tuesday morning, the S&D Vice President came out stronger that the Green Deal is what can make Europe the frontrunner in climate-friendly industries.

 

The Maltese MEP listed the three main pillars upon which the just transition for these policies should be based on: participation, support and creation.

 

“Given the right financing and the right policies, this will be an opportunity to create new jobs in a new economic reality,” Miriam Dalli told the European Parliament in a plenary debate on the Just Transition Fund.

 

Dalli is responsible for the S&D’s political direction vis-a-vis the European Green Deal. Amid growing and immediate concern on the impacts of climate change at home and worldwide, Dalli said that climate action should benefit the most vulnerable and support low-income households.

 

“Workers from carbon-intensive activities cannot be sidelined: the jobs of tomorrow will require different skills and we need to make sure that our current workforce adapts whilst the future workforce is prepared for these jobs,” she said.

 

Dalli reiterated that an inclusive Just Transition should be based on the participation of affected workers and communities in planning and advancing climate action; the support through targeted financial programs and capacity building that prioritises the most vulnerable; and the creation of high-quality and sustainable jobs and strong social measures.

 

“We need to be prepared to share best practices, to offer technical and knowledge assistance and to support job-intensive initiatives, such as the development of clean energy power plants, e-mobility, tourism and agricultural activities.”