Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Pretty Bay sewer update works completed as tarmac works begin

Jitlestew ix-xogħlijiet ta’ titjib tas-sistema tad-drenaġġ tal-Bajja s-Sabiħa filwaqt li jibda jingħata t-tarmak

Proġett ta’ €3.1 miljun lest qabel is-sajf

Tlestew ix-xogħlijiet ta’ titjib tas-sistema tad-drenaġġ ħdejn il-Bajja s-Sabiħa fil-ħin hekk kif fis-sajf tiżdied l-attività fiż-żona. Dan tħabbar mill-Ministru Miriam Dalli waqt żjara fis-sit flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Karl Cilia, is-Sindku ta’ Birżebbuġa Scott Camilleri u membri oħra tal-kunsill lokali.

“Dan il-proġett huwa investiment importanti fil-kwalità, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà fit-tul tal-infrastruttura ta’ Birżebbuġa. Billi ntejbu kemm in-netwerk tad-drenaġġ kif ukoll dak tal-ilma tax-xorb, filwaqt li nibnu mill-ġdid it-triq u l-bankini, qed niżguraw li din iż-żona tkun mgħammra aħjar biex taqdi lir-residenti, lin-negozji u lill-viżitaturi għal ħafna snin li ġejjin,” qalet il-Ministru Dalli.

L-investiment ta’ €3.1 miljun wassal għal titjib sinifikanti fl-infrastruttura, inkluż madwar 750 metru ta’ trunk main tad-drenaġġ, 200 metru ta’ main tad-drenaġġdomestiku, 750 metru ta’ trunk main tal-ilma tax-xorb, u servizzi ġodda tal-ilma tax-xorb madwar id-djar. Dawn ix-xogħlijiet indirizzaw l-sfidi tal-inġinerija speċifiċi għall-operat f’ambjent ta’ ilma baħar u ramel, fejn kienu essenzjali livelli preċiżi u metodi speċjalizzati biex jiġi żgurat riżultat dejjiemi fit-tul.

L-ambitu tax-xogħlijiet inkluda wkoll rikostruzzjoni sħiħa tat-triq bl-użu ta’ bażi tal-konkrit u rinfurzar bl-użu ta’ mesh għal aktar saħħa strutturali, kif ukoll bankini ġodda madwar it-toroq. Dan il-proġett ġedded kemm l-infrastruttura taħt l-art kif ukoll dik tal-wiċċ, u ħa jkun ta’ servizz liż-żona għad-deċenji li ġejjin.

Il-Kap Eżekuttiv Karl Cilia rringrazzja lir-residenti, lin-negozji, u lill-viżitaturi fiż-żona għall-paċenzja u l-kooperazzjoni tagħhom matul dawn ix-xogħlijiet. “It-tlestija ta’ dan il-proġett qabel is-sajf jiżgura li r-residenti, in-negozji u l-viżitaturi se jibbenefikaw minn infrastruttura mtejba matul l-istaġun sajfi. Dan il-proġett jirrifletti l-impenn tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li twassal infrastruttura moderna u durabbli li ttejjeb is-servizz għall-pubbliku,” qal Karl Cilia.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali, Scott Camilleri, sostna li dan il-proġett huwa pass importanti sabiex is-sistema tad-drenaġġ f’Birżebbuġa tkun aktar sostenibbli u adegwata għall-ħtiġijiet tal-futur. Huwa żied li, bħala Kunsill Lokali, jirrikonoxxu wkoll l-impenn u l-investiment li sar biex Triq il-Bajja s-Sabiħa ġiet imġedda mill-ġdid, sabiex b’hekk waħda mill-isbaħ żoni fil-lokalità terġa’ tingħata l-ħajja u d-dehra li tixirqilha.

F’din iż-żona qed jiġu ffinalizzati wkoll xogħlijiet infrastrutturali mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

Pretty Bay sewer update works completed as tarmac works begin

€3.1 million project ready before summer

Works to improve the drainage system near Pretty Bay have been completed in time for the increase in activity in the area during summer.

This was announced by Minister for the Environment, Energy and Public Cleanliness Miriam Dalli during a visit to the site alongside WSC CEO Karl Cilia, Birżebbuġa mayor Scott Camilleri, and other members of the local council.

“This project is an important investment in the quality, resilience and long-term sustainability of Birżebbuġa’s infrastructure. By upgrading both the sewer and potablewater networks, while also reconstructing the road and pavements, we are ensuring that this area is better equipped to serve residents, businesses and visitors for many years to come,” said Minister Dalli.

The €3.1 million investment has delivered significant infrastructure upgrades, including approximately 750 metres of trunk sewage main, 200 metres of household sewage mains, 750 metres of potable water trunk main, and new potable water house services throughout. These works addressed the specific engineering challenges of operating in seawater and sandy environments, where precise gradients and specialised techniques were essential to ensure a durable, long-term result.

The scope of works also included full road reconstruction using a concrete base and mesh reinforcement for added structural strength, as well as new pavements throughout.The completed project has renewed both the underground infrastructure and the surface above it and is built to serve the area for decades to come.

WSC CEO Karl Cilia thanked the residents, businesses, and visitors in the area for their patience and cooperation throughout the course of these works. “Completing this project ahead of summer has ensured that residents, businesses and visitors will benefit from improved infrastructure during the busy summer season. This project reflects the Water Services Corporation’s commitment to delivering modern, durable infrastructure that improves service reliability for the public,” stated Karl Cilia.

Birżebbuġa Mayor Scott Camilleri said that this project is an important step towards making Birżebbuġa’s drainage system more sustainable and better suited to future needs. He added that, as a local council, they also recognise the commitment and investment made to regenerate Pretty Bay Road, so that one of the locality’s most beautiful areas can once again be given the life and appearance it deserves.

In this area, infrastructure works by the Public Works Department are also being finalised.