Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

The ‘Islands Cleanup’ campaign launched

Imnedija l-kampanja ‘Islands Cleanup’

Jinġabar 50kg ta’ skart waqt l-ewwel avveniment

Ġiet imnedija l-kampanja ‘Islands Cleanup’ għal darb’oħra mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Enerġija bil-kollaborazzjoni tal-kampanja Saving our Blue, Project Green, u d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni.

Wara s-suċċess tas-snin preċedenti, il-kampanja Islands Cleanup tkompli tħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet, NGOs, żgħażagħ, u l-komunitajiet lokali sabiex jipparteċipaw b’mod attiv f’kampanji li jqajmu kuxjenza dwar l-importanza tal-preservazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar ta’ pajjiżna.

Il-kampanja ta’ din is-sena ġiet imnedija fil-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa, fejn NGOs u individwi pparteċipaw f’cleanups kemm fil-baħar kif ukoll fuq l-art. Total ta’ 50kg ta’ skart ġie miġbur, separat u pproċessat b’mod korrett.

“Hekk kif din il-kampanja tidħol għal sena oħra, huwa ta’ kuraġġ li wieħed jara numru dejjem jikber ta’ għaqdiet, NGOs, u żgħażagħ li qed jissieħbu fil-kampanja Islands Cleanup. Inħeġġeġ lill-pubbliku biex jinvolvi ruħu f’dawn il-kampanji. Kif ukoll nappella lill-pubbliku biex jieħu ħsieb l-ambjent tagħna u jarmi l-iskart b’mod responsabbli,” qalet il-Ministru Dalli.

“Islands Cleanup hija attività li nagħmlu kull sena u dejjem nistiednu għaqdiet, kif ukoll individwi, biex jipparteċipaw, għaliex li nżommu pajjiżna nadif m’għandhiex tkun biss ir-responsabbiltà tagħna bħala gvern jew tal-għaqdiet, iżda għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ kulħadd bi sforz nazzjonali,” qal is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield.

Din il-kampanja hija miftuħa għal kumpaniji privati, skejjel, entitajiet mhux governattivi, u organizzazzjonijiet oħra li jixtiequ jikkontribwixxu għal ambjent aħjar filwaqt li jwettqu wkoll parti mir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) tagħhom.

Kull min jirreġistra se jingħata l-apparat kollu meħtieġ biex jagħmel ix-xogħol meħtieġ, biex il-proċess ikun effiċjenti u sigur. Wara kull tindifa, l-iskart miġbur jintiżen u jiġi sseparat skont ir-regolamenti tas-separazzjoni tal-iskart, u l-materjal riċiklabbli jintbagħat għall-ipproċessar. Il-parteċipanti jirċievu ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.

Għal aktar informazzjoni dwar kif tirreġistra għal attività ta’ tindif żurhttps://savingourblue.gov.mt/island-cleanup/

The ‘Islands Cleanup’ campaign launched
50kg of waste collected during the first clean-up

The ‘Islands Cleanup’ campaign has once again been launched by the Ministry for the Environment and Energy, in collaboration with the Saving Our Blue campaign, Project Green, and the Cleansing and Maintenance Division.

Following the success of previous years, the Islands Cleanup campaign continues to encourage organisations, NGOs, young people, and local communities to actively participate in initiatives that raise awareness of the importance of preserving Malta’s marine ecosystems.

This year’s campaign was launched at Pretty Bay in Birżebbuġa, where NGOs and individuals participated in cleanups at sea and on land. A total of 50kg of waste was collected, separated, and processed correctly.

“As this campaign enters another year, it is encouraging to see a growing number of organisations, NGOs, and young people joining the Islands Cleanup campaign. I encourage the public to get involved in these initiatives. I also appeal to the public to take care of our environment and dispose of waste responsibly,” said Minister Dalli.

“Islands Cleanup is an activity we organise every year, and we always invite organisations as well as individuals to participate, because keeping our country clean should not be solely the responsibility of us as Government or of organisations, but should be everyone’s responsibility through a national effort,” said Parliamentary Secretary Glenn Bedingfield.

This campaign is open to private companies, schools, non-governmental entities, and other organisations that wish to contribute to a better environment while also fulfilling part of their corporate social responsibility obligations.

Anyone who registers will receive all the equipment needed to carry out the work safely and efficiently. After each cleanup, the collected waste is weighed and separated in accordance with waste separation regulations, while recyclable material is sent for processing. Participants receive a certificate of participation.

For more information on how to register for a cleanup activity, visit:https://savingourblue.gov.mt/island-cleanup/the locality.”