Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Another step forward in the transformation of the former oil storage facility at San Luċjan

Pass ieħor ’il quddiem fit-trasformazzjoni tal-eks impjant tal-ħażna taż-żejt f’San Luċjan

Għada tinfetaħ il-konsultazzjoni pubblika dwar l-użu tal-art fil-Qajjenza

Minn għada tiftaħ il-konsultazzjoni pubblika dwar l-użu tal-eks impjant tal-ħażna taż-żejt f’San Luċjan, fiż-żona tal-Qajjenza f’Birżebbuġa. Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri flimkien mal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli.

Bil-pubblikazzjoni tal-oġġettivi, l-Awtorità tal-Ippjanar tkun qed tagħti bidu għar-reviżjoni parzjali tal-pjan lokali biex tiggwida r-riġenerazzjoni ta’ din iż-żona, filwaqt li jibda t-tfassil tad-Development Brief.

Il-Ministri spjegaw kif l-inizjattiva ‘is-Siċċa’ hija wkoll konformi mal-objettivi strateġiċi tal-Gvern biex tissaħħaħ l-ekonomija blu u ħadra ta’ Malta, filwaqt li jinħolqu opportunitajiet ġodda għal żvilupp sostenibbli u aktar spazji pubbliċi miftuħa.

“Dan huwa pass ieħor ‘il quddiem fil-pjan tagħna biex inbiddlu spazju industrijali f’sit sostenibbli u modern li jippromwovi l-innovazzjoni, l-ambjent u l-komunità. Irridu li l-viżjoni tagħna għal dan il-post tinbena fuq pedamenti mfassla b’konsultazzjoni u ppjanar bir-reqqa,” qalet il-Ministru Miriam Dalli. “Fl-istess waqt irridu nżommu l-wegħda tagħna mar-residenti ta’ Birżebbuġa u l-madwar li rridu nħallulhom post isbaħ, wara li għal snin twal kellhom jgħixu u jadattaw għal impjant industrijali.”

Il-Ministru Dalli fakkret kif bħalissa għaddejja l-operazzjoni ta’ tindif tat-tankijiet għall-ħażna, fejn diġa tnaddfu disa’ minn 12-il tank. Il-materjal li jinġabar jiġi ppakkjat u maħżun f’kontenituri apposta u ppreparat għall-esportazzjoni fejn jiġi esportat skont ir-regolamenti ambjentali tal-Unjoni Ewropea ġo faċilitajiet iċċertifikati fl-UE.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri qal: “Nedejna partial local plan review sabiex hawnhekk ġewwa l-Qajjenza fejn għandna dawn in-numru ta’ tankijiet li llum m’għadhomx jintużaw jistgħu jinbidlu fi spazji rikreattivi, spazju miftuħ b’diversi wkoll attivitajiet anċillari sabiex nagħtu lura dan l-ispazju lill-pubbliku. Dan huwa proġett importanti ferm, proġett immexxi ’l quddiem anki mill-Ministru Miriam Dalli u aħna bħala Awtorità tal-Ippjanar se nkunu qegħdin nagħmlu t-tibdiliet neċessarji fil-leġiżlazzjoni u fil-policies tal-ippjanar sabiex tali proġett ikun jista’ jsir u dawn it-tankijiet ukoll ikunu jistgħu jitneħħew minn hawn sabiex din iż-żona tingħata lill-pubbliku.”

L-objettivi proposti għar-reviżjoni huma mfassla biex jistabbilixxu viżjoni bilanċjata u li tħares ’il quddiem għaż-żona, b’enfasi fuq:

  1. Il-promozzjoni tal-edukazzjoni, l-innovazzjoni u t-teknoloġija
  2. L-appoġġ għall-attivitajiet kulturali, ta’ divertiment u rikreazzjoni
  3. It-trasformazzjoni ta’ hard surfaces f’żoni ħodor
  4. Il-promozzjoni ta’ inizjattivi u investimenti sostenibbli

Dawn l-objettivi huma maħsuba biex jaħdmu flimkien sabiex jinħoloq pjan komprensiv ta’ żvilupp li jirrispetta l-karattru taż-żona filwaqt li jippermetti opportunitajiet ġodda għall-użu pubbliku, l-innovazzjoni u attività ekonomika sostenibbli.

Barra minn hekk, id-Development Brief għandu l-għan li jiżgura taħlita bilanċjata ta’ użi għas-sit.  

Il-proposti se jfittxu wkoll li jtejbu l-aċċessibbiltà permezz ta’ aċċess aħjar għall-mixi kif ukoll il-provvista ta’ parkeġġ adegwat.

L-Awtorità tal-Ippjanar tħeġġeġ lill-partijiet kollha interessati biex jirrevedu l-proposti u jissottomettu l-kummenti tagħhom matul il-perjodu tal-konsultazzjoni. Aktar dettalji dwar il-konsultazzjoni jistgħu jinkisbu minn www.pa.org.mt/consultation.

Is-sottomissjonijiet għandhom isiru permezz tal-formola uffiċjali online disponibbli fuq publicconsultation.gov.mt. Kwalunkwe kjarifika għandha tintbagħat bl-email lil: sanlucjan_consultation@pa.org.mt.

Another step forward in the transformation of the former oil storage facility at San Luċjan

Public consultation on land use at Qajjenza opens tomorrow

A public consultation on the use of the former oil storage facility at San Luċjan, in the Qajjenza area of Birżebbuġa, will open tomorrow. This was announced by the Minister for Gozo and Planning Clint Camilleri and the Minister for the Environment, Energy and Public Cleanliness Miriam Dalli.

With the publication of the objectives, the Planning Authority is launching a partial review of the local plan to guide the regeneration of this area, while work also begins on drafting a Development Brief.

The ministers explained that the “is-Siċċa” initiative is in line with the Government’s strategic objectives to strengthen Malta’s blue and green economy, while creating new opportunities for sustainable development and more open public spaces.

“This is another step forward in our plan to transform an industrial space into a sustainable and modern site that promotes innovation, the environment, and the community. We want our vision for this place to be built on foundations shaped through consultation and careful planning,” said Minister Miriam Dalli. “At the same time, we want to keep our promise to the residents of Birżebbuġa and surrounding areas that we will leave them with a better place, after many years of having to live with and adapt to an industrial plant.”

Minister Dalli also noted that the cleaning operation of the storage tanks is currently underway, with nine out of twelve tanks already cleaned. The collected material is packed and stored in specialised containers and prepared for export, in accordance with European Union environmental regulations, to certified facilities within the EU.

Minister for Gozo and Planning Clint Camilleri explained that a partial local plan review has been launched so that the unused tanks in Qajjenza can be transformed into recreational spaces and open areas with various ancillary activities, returning this space to the public. He described it as an important project, driven forward in collaboration with Minister Miriam Dalli, with the Planning Authority making the necessary legislative and policy changes to enable the project and the removal of the tanks.

The proposed objectives for the review are designed to establish a balanced and forward-looking vision for the area, with a focus on:

  • Promoting education, innovation, and technology
  • Supporting cultural, entertainment, and recreational activities
  • Transforming hard surfaces into green areas
  • Promoting sustainable initiatives and investments

    These objectives are intended to work together to create a comprehensive development plan that respects the character of the area while enabling new opportunities for public use, innovation, and sustainable economic activity.

    In addition, the Development Brief aims to ensure a balanced mix of uses for the site.

    The proposals will also seek to improve accessibility through better pedestrian access and the provision of adequate parking.

    The Planning Authority is encouraging all interested parties to review the proposals and submit their feedback during the consultation period. More details can be found at www.pa.org.mt/consultation.

    Submissions should be made through the official online form available at publicconsultation.gov.mt. Any queries should be sent by email to: sanlucjan_consultation@pa.org.mt.