Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Ir-Razzett tat-Tfal: New educational centre to promote sustainability at Romeo Romano Gardens

Ir-Razzett tat-Tfal: Ċentru edukattiv ġdid biex jippromwovi s-sostenibbiltà fi Ġnien Romeo Romano

Binja storika li kienet abbandunata fi Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera, issa ġiet trasformata f’faċilità edukattiva moderna għall-istudenti tal-EkoSkola u oħrajn, sabiex jitgħallmu aktar dwar is-sostenibbiltà.

Bl-isem ‘Ir-Razzett tat-Tfal’, din il-binja ser isservi bħala ċentru edukattiv dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli li se jkun immexxi minn Nature Trust Malta.

Waqt l-inawgurazzjoni ta’ dan iċ-ċentru, il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli enfasizzat l-importanza ta’ din l-inizjattiva fit-tfassil tal-ġenerazzjonijiet futuri. “Din kienet waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħadt biex dan ir-razzett f’kollaborazzjoni ma’ EkoSkola jinbidel f’ċentru edukattiv għat-tfal kollha. Permezz tar-restawr ta’ dan il-bini storiku f’ċentru edukattiv, qed noħolqu spazju fejn l-istudenti ta’ kull età jkunu jistgħu jitgħallmu aktar dwar is-sostenibbiltà u l-importanza li nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna. L-istudenti se jkollhom l-opportunità li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet prattiċi biex iżidu l-għarfien tagħhom dwar l-ambjent naturali, prattiċi sostenibbli u t-tnaqqis tal-iskart” qalet il-Ministru Dalli filwaqt li enfasizzat b’mod pożittiv il-fatt li  dan iċ-ċentru għandu faċilitajiet iddedikati  għat-tfal bl-awtiżmu.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ, Richard Bilocca, żied jgħid kif l-inawgurazzjoni tar-Razzett tat-Tfal hija pass sinifikanti ’l quddiem fl-impenn ta’ WasteServ favur is-sostenibbiltà u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali. “Dan il-proġett ta’ restawr, flimkien ma’ proġetti oħra ta’ tħaddir li lestejna u dawk li qed naħdmu fuqhom, huma mod ieħor ta’ kif qed noħolqu futur aħjar kemm għall-ambjent kif ukoll għall-komunitajiet tagħna. Dan il-proġett huwa partikolarment għal qalbi għax huwa indirizzat direttament lejn it-tfal”, qal il-Kap Eżekuttiv Richard Bilocca.

Il-President ta’ Nature Trust Malta, Vincent Attard, laqa’ l-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru edukattiv ġdid. “Nature Trust, flimkien ma’ EkoSkola, se juża dan l-ispazju għal attivitajiet relatati ma’ EkoSkola, b’mod partikolari għall-attivitajiet marbuta mas-seba’ passi tal-programm, filwaqt li l-komunità u n-nies li jgħixu fil-viċinanzi se jkunu qed jibbenefikaw ukoll minn dan iċ-ċentru,” qal is-Sur Attard.

S’issa tlestiet b’suċċess it-tieni fażi ta’ dan il-proġett ambizzjuż ta’ restawr, li qed jagħti nifs ġdid lil din il-binja storika u l-ġnien ta’ madwarha. Iċ-ċentru jinkludi kmamar multifunzjonali, kmamar għall-breakout, uffiċċju tal-amministrazzjoni, spazji informali, kif ukoll spazji ddisinjati biex jaqdu l-ħtiġijiet diversi tat-tfal. Il-viżitaturi jistgħu jaraw ukoll għodod u artifatti agrikoli storiċi li ġew restawrati u esebiti, sabiex joffru ħarsa lejn l-istorja ta’ din il-binja.

Ix-xogħlijiet ta’ restawr inkludew tiswijiet strutturali fuq ħitan tal-ġebel, travi tal-injam, aperturi u pavimenti, kif ukoll il-konservazzjoni ta’ karatteristiċi li jirriflettu il-wirt storiku ta’ din il-binja. L-interventi strutturali saru b’attenzjoni kbira, fejn l-elementi ġodda ġew integrati ma’ dawk qodma biex jiġi ppreservat is-sinifikat kulturali ta’ dan is-sit.

Ir-Razzett tat-Tfal: New educational centre to promote sustainability at Romeo Romano Gardens

A historic building that had been abandoned in Ġnien Romeo Romano in Santa Venera has now been transformed into a modern educational facility for EkoSkola students and others, to help them learn more about sustainability.

Named “Ir-Razzett tat-Tfal”, this building will serve as an educational centre focused on the environment and sustainable development, operated by Nature Trust Malta.

During the inauguration of this centre, the Minister for the Environment, Energy and Public Cleanliness Miriam Dalli highlighted the importance of this initiative in shaping future generations. “This was one of the first decisions I took, to collaborate with EkoSkola to transform this farm into an educational centre for all children. Through the restoration of this historic building into an educational centre, we are creating a space where students of all ages can learn more about sustainability and the importance of caring for our environment. Students will have the opportunity to take part in hands-on activities to deepen their understanding of the natural environment, sustainable practices, and waste reduction,” said Minister Dalli, who also positively emphasised that the centre has dedicated facilities for children with autism.

The Chief Executive Officer of WasteServ, Richard Bilocca, added that the inauguration of Ir-Razzett tat-Tfal marks a significant step forward in WasteServ’s commitment to sustainability and the preservation of cultural heritage. “This restoration project, together with other greening projects we have completed and those we are working on, is another way in which we are creating a better future for both the environment and our communities. This project is particularly close to my heart because it is directly aimed at children,” said CEO Richard Bilocca.

Nature Trust Malta President Vincent Attard welcomed the opening of this new educational hub. “Nature Trust, together with EkoSkola, will be using this space for activities related to EkoSkola, particularly in connection with the seven steps of the programme, while the community and people living in the vicinity will also benefit from this facility,” said Mr Attard. 

So far, the second phase of this ambitious restoration project has been successfully completed, bringing new life into this historic building and its surrounding garden. The centre includes multi-functional rooms, breakout rooms, an administration office, informal spaces, as well as areas designed to meet the diverse needs of children. Visitors can also view restored historical agricultural tools and artefacts on display, offering insight into the building’s past.

The restoration works included structural and architectural repairs to masonry walls, timber beams, apertures, and floors, as well as the conservation of vernacular features that reflect Malta’s rich heritage. Structural interventions were carried out with great sensitivity, integrating old and new elements to preserve the site’s cultural significance.