Upgrade maġġuri ta’ €9 miljun fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni tal-Imsida
Miexi x-xogħol fuq upgrade maġġuri fiċ-ċentru ta’ distribuzzjoni (DC) tal-Imsida, b’investiment ta’ €9 miljun. Dan l-investiment għandu l-għan li jsaħħaħ b’mod sinifikanti s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Malta.
Dan il-proġett ġie diskuss waqt żjara fuq il-post mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli, flimkien maċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Enemalta l-Inġ. Ryan Fava.
Iċ-Ċentru tad-distribuzzjoni tal-Imsida huwa wieħed mill-aktar ċentri importanti fil-pajjiż, billi jipprovdi l-elettriku lil postijiet strateġiċi bħall-Isptar Mater Dei, l-Università ta’ Malta, kif ukoll lil-lokalitajiet tal-madwar fosthom Swatar, Birkirkara u San Ġwann.
Il-Ministru Miriam Dalli qalet li dan il-proġett jaħdem id f’id mal-pjan fit-tul ta’ disa’ snin li bih il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ u jimmodernizza s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Hi spjegat li x-xogħlijiet fl-Imsida huma ffukati fuq ir-rinfurzar tan-network tal-elettriku u l-irduppjar tal-kapaċità. L-investiment ta’ €9 miljun se jiżgura li dan iċ-ċentru kruċjali jkun ippreparat għall-ħtiġijiet tal-lum u tal-futur.
Min-naħa tiegħu, l-Inġ. Ryan Fava spjega li l-proġett qed jiġi ffinanzjat parzjalment minn fondi tal-Unjoni Ewropea u jinvolvi tibdil komplet tal-infrastruttura eżistenti. Is-switchgear li ilu jintuża kważi 40 sena qed jiġi sostitwit b’apparat modern, filwaqt li t-transformers eżistenti ta’ 15MVA qed jiġu upgraded għal 30MVA. Dan se jwassal biex il-kapaċità totali tiżdied minn 30MVA għal 60MVA.
Il-proġett jinkludi wkoll is-sostituzzjoni tal-apparat qadim tal-11kV, 33kV u tagħmir awżiljarju ieħor. Dawn l-investimenti li jagħmlu parti mill-pjan ta’ 9 snin tal-Enemalta, se jkomplu jsaħħu d-distribuzzjoni tal-elettriku f’Malta u Għawdex, u jikkontribwixxu għal sistema aktar b’saħħitha, effiċjenti u sostenibbli.

Major €9 million upgrade underway at Msida distribution centre
A major upgrade to the Msida distribution centre is currently underway, supported by an investment. This investment of €9 million is aimed at significantly strengthening Malta’s electricity distribution network.
The project was discussed during an on-site visit by the Minister for the Environment, Energy and Public Cleanliness Miriam Dalli, together with Enemalta Executive Chairperson Inġ Ryan Fava.
The Msida Distribution Centre plays a critical role in the national electricity system, supplying power to key strategic locations including Mater Dei Hospital, the University of Malta, and surrounding localities such as Swatar, Birkirkara, and San Ġwann.
Minister Miriam Dalli stated that this project goes hand-in-hand with Government’s long-term, nine-year plan to reinforce and modernise Malta’s electricity distribution infrastructure. She explained that the works at Msida are focused on strengthening the electricity network and doubling capacity. The €9 million investment will ensure that one of the country’s most important distribution centres is equipped to meet both current and future demand.
Enemalta Executive Chairperson Ing. Ryan Fava highlighted that the project is partly financed through European Union funds and involves a complete overhaul of the existing infrastructure. Switchgear that is almost 40 years old is being replaced with modern equipment, while the existing 15MVA transformers will be upgraded to 30MVA units. This will double the centre’s overall capacity from 30MVA to 60MVA.
The project also includes the replacement of old 11kV, 33kV, and auxiliary equipment. These upgrades, which make part of Enemalta’s 9-year plan, will further strengthen electricity distribution across Malta and Gozo, contributing to a more robust, efficient, and future-ready energy system.