Matul l-2020, Business First għamlet kuntatt ma’ 158,193 klijent, jiġifieri mat-3,042 kuntatt mal-klijent fil-ġimgħa. Meta mqabbel mal-2019 u l-2018, kien hemm żieda ta’ 367% u 427% rispettivament fil-kuntatt mal-klijenti.
Dan ħareġ waqt żjara li l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli għamlet fl-uffiċini tal-Malta Enterprise u Business First, fejn irringrazzjat lill-impjegati kollha għall-irwol kruċjali tagħhom, speċjalment fi żmien ta’ pandemija globali, biex ikunu protetti l-impjiegi u mgħejjuna n-negozji.
“Grazzi għall-Malta Enterprise, fl-aħħar xhur stajna nimplimentaw inċentivi li għenu l-intrapriżi, negozji u ħaddiema li jaħdmu għal rashom. Is-suppliment tal-paga għen biex jiġu salvati 100,000 impjieg, filwaqt li ġiet imnedija skema riveduta għal din is-sena. Huwa importanti li nkomplu nappoġġjaw in-negozji, anke biex ngħinu r-riġenerazzjoni tagħhom. Permezz tal-Malta Enterprise rridu nħarsu lejn inċentivi li jistgħu jgħinu lill-komunità tan-negozju tkompli tikber f’pajjiżna, għall-ġid taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin,” qalet il-Ministru Dalli.
Business First hija joint venture bejn Malta Enterprise u l-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji li tindirizza l-ħtiġijiet speċifici tan-negozji żgħar u medji biex ikunu jistgħu joperaw. Business First tiġbor taħt saqaf wieħed is-servizzi kollha li għandhom bżonn in-negozji, fosthom b’rappreżentanti tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u d-Dipartimenti tas-Saħħa Ambjentali, li joperaw minn dawn l-istess uffiċini. Min-naħa tagħha, il-Malta Enterprise tagħti l-appoġġ neċessarju permezz tar-riżorsi, il-kompetenza u għajnuna teknika.
Il-Ministru Dalli spjegat kif f’dawn l-aħħar xhur l-ammont ta’ xogħol u l-ammont ta’ kuntatti li saru mill-Business First żdiedu b’mod sostanzjali. “Ninsabu impenjati li nibqgħu noffru din it-tip ta’ għajnuna, fejn negozji jistgħu jfittxu l-għajnuna taħt saqaf wieħed,” qalet il-Ministru.
Business First kellha żieda konsiderevoli fl-ammont ta’ kuntatt mal-klijent fl-2020. In-numru ta’ walk-ins ammonta għal 13,831, in-numru ta’ korrispondenzi b’emails kien 63,421, sejħiet magħmula mill-ħaddiema ta’ Business First lill-klijenti laħaq 12,415 u t-telefonati li deħlin fuq in-numru tal-customer care 144 laħqu 68,526, li minnhom 52,002 kienu relatati ma’ COVID-19.
Il-Ministru faħħret li taħt dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji, il-Malta Enterprise qed tgħin lin-negozji jagħmlu bidliet ewlenin fil-mod kif joperaw, b’inċentivi differenti bħal per eżempju s-sussidju li qed jingħata fuq assistenza professjonali biex jitfasslu pjanijiet ġodda ta’ negozju u biex ikunu esplorati soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia sostna li bħala aġenzija tal-gvern, il-Malta Enterprise kommessa li tibqa’ tagħti l-appoġġ lill-intrapriżi kollha, kemm dik żgħira, medja u kbira. “Kommessi sabiex l-irkupru tal-pajjiż ikun kemm jista’ jkun effettiv fuq il-komunità kollha tan-negozju f’Malta u Għawdex,” tenna s-Sur Farrugia.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Business First Marika Tonna spjegat kif il-Business First issa reġgħet miftuħa għall-pubbliku, bl-operat għaddej normali. “Nistiednu lil kull min hu interessat jiftaħ xi negozju biex jiġi hawnhekk u nkunu nistgħu niggwidawh, mhux biss biex jiftaħ il-business tiegħu imma wkoll ninfurmawh dwar l-iskemi eżistenti.”
During 2020, Business First made contact with 158,193 clients, with 3,042 client contacts per week. When compared to 2019 and 2018, there was a 367% and 427% increase respectively in client contact.
This was communicated with Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli during a visit at Malta Enterprise and Business First’s offices, where she thanked all employees for their crucial role, especially in times of a global pandemic, to safeguard jobs and support businesses.
“Thanks to Malta Enterprise, in recent months we have been able to issue incentives that have aided enterprises, businesses and self-employed workers. The wage supplement has helped to save 100,000 jobs and a revised scheme has been launched for this year. It is important that we continue to support businesses, even to help their regeneration. Through Malta Enterprise, we want to look at incentives that can help the business community continue to grow in our country, for the good of Maltese and Gozitan citizens,” said Minister Dalli.
Business First is a joint venture between Malta Enterprise and the Malta Chamber for SMEs which addresses the specific needs of micro and small enterprises. Business First brings together all the services that businesses need to operate, and houses representatives from departments such as the Malta Tourism Authority and the Environmental Health Department. Malta Enterprise is supporting the setup with resources, expertise and technical backup.
Minister Dalli added that Business First has been at the forefront of providing the necessary support to businesses particularly during this time. In recent months, the workload and the amount of contact made with Business First have increased substantially. “We are committed to continue offering this type of assistance, whereby businesses can seek help in a one-stop-shop manner,” said the Minister.
Business First had a considerable increase in the amount of client contact in 2020. The number of walk-ins reached 13,831, the number of e-mails received was 63,421, calls made by Business First staff to clients reached 12,415 and incoming calls on the customer care number 144 reached 68,526, of which 52,002 were related to COVID-19.
The Minister said that, under these extraordinary circumstances, Malta Enterprise is helping businesses through incentives to make key changes in the way they operate, such as subsidising professional assistance to put together new business plans or exploring new technological solutions.
Malta Enterprise CEO Kurt Farrugia stated that, as a government agency, Malta Enterprise is committed to continue supporting all enterprises. “We are committed to making the country’s recovery as effective as possible for the entire business community in Malta and Gozo,” Mr Farrugia reiterated.
Business First CEO Marika Tonna said that, now that Business First has reopened its doors to the public for physical meetings, the operations are running normally. “We invite anyone interested in opening a business to come here, and we will guide them through not only on what is needed to operate their business, but also on the schemes that they could benefit from,” she said.