Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli iżżur ix-xogħlijiet li qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marbuta mat-tkabbir tan-network tan-new water fit-Tramuntana ta’ Malta
“Il-gvern huwa mpenjat li jwassal aktar ‘new water’ lil aktar bdiewa biex ikunu jistgħu jużawh għat-tisqija. Fil-fatt, dan l-investiment tal-korporazzjoni se jwassal biex in-network jikber aktar, u aktar bdiewa jkunu jistgħu jibbenefikaw minnu. B’dan il-mod il-bdiewa jistgħu jużaw l-għelieqi tagħhom biex ikabbru aktar ħxejjex u frott fuq aktar tul ta’ żmien,” saħqet il-Ministru Miriam Dalli.
Miriam Dalli żaret ix-xogħlijiet li qed isiru l-Imġarr b’rabta ma’ dan il-proġett. Huma madwar 443 il-bdiewa fit-Tramuntanta ta’ Malta li preżentement qed jibbenefikaw minn dan l-ilma. Permezz ta’ dan it-tkabbir fin-network, huwa mistenni li n-numru jiżdied għall-700.
It-tkabbir fin-network fl-Imġarr, b’investiment ta’ €2 miljun mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-UE se jkun qed jara sitt kilometri ta’ pajpijiet ta’ ‘new water’ jiġu installati, u 51 dispenser minn fejn il-bdiewa jistgħu jieħdu l-ilma għat-tisqija tal-għelieqi tagħhom. B’sistema innovattiva, il-bdiewa jingħataw cards elettroniċi biex jieħdu l-ilma fi proporzjon mal-ammont ta’ art li jaħdmu.
Dan it-tkabbir qed isir ukoll f’Għawdex u fin-Nofsinhar ta’ Malta. F’Għawdex huwa mistenni li n-numru ta’ bdiewa li jibbenefikaw minn dan l-ilma se jiżdied minn 330 għal 420. Fiż-żmien li ġej fin-Nofsinhar ta’ Malta, fejn il-proġett huwa wieħed loġistikament iktar kumpless u wiesgħa, huwa mistenni li madwar 700 bidwi jibdew jagħmlu użu minn dan l-ilma.
“In-‘new water’ qed ikun sors ta’ ħajja għall-bdiewa tagħna”, tenna l-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Ivan Falzon.
Sa mill-bidu tan-‘new water’ fl-2017, mijiet ta’ bdiewa bdew jibbenefikaw minn provvista ta’ ilma b’salinità baxxa biex b’hekk twalet il-ħajja tal-ħxejjex u l-produzzjoni kienet akbar u varjata. Fil-fatt, ħafna bdiewa bdew ikabbru aktar minn prodott wieħed u dan minħabba li n-‘new water’ m’għandux impatt negattiv fuq il-fertilità tal-ħamrija.
Il-bdiewa qegħdin ukoll jimminimizzaw l-istress fuq l-akwifer ikkawżat mill-estrazzjoni tal-borehole, aggravata minn nuqqas ta’ xita fl-aħħar snin. Għaldaqstant din is-sistema qed tgħin biex l-akwifer jimtela maż-żmien.
In-‘new water’ huwa trattat fi tliet fażijiet: ultra-filtrazzjoni, reverse osmosis, u ossidazzjoni avvanzata. Dan it-trattament fi tliet fażijiet huwa tabilħaqq revoluzzjonarju, u Malta hija fost il-mexxejja dinjin fil-qasam, bħall-Iżrael u Singapore, li qed jutilizzawh. Il-kwalità ta’ dan l-ilma hija ogħla mill-istandards tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) u tgħaddi minn sistema ta’ ttestjar rigoruż fil-laboratorji tal-Korporazzjoni.

Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli visited ongoing works being carried out by the Water Services Corporation to further expand the ‘new water’ network for agriculture in the north of Malta
“The Government is committed to supply ‘new water’ to more farmers to use it for irrigation. In fact, the corporation is investing in more networks so that more farmers will be able to benefit. In this way, farmers can use their fields to grow more vegetables and fruits for a longer period of time,” Minister Miriam Dalli said.
Miriam Dalli visited the ongoing works in Mġarr with regard to this project. Around 443 farmers in the north of Malta are currently benefiting from this water, and through this expansion in the network, the number is expected to rise to 700.
The network in Mgarr, with an investment of €2 million from the EU Cohesion Fund, will see six kilometers of ‘new water’ pipes being installed and about 51 dispensers which can be utilised solely by registered farmers to irrigate their fields. With an innovative system, farmers are given electronic cards to retrieve the water in proportion to the amount of land they farm.
This expansion is also taking place in Gozo and the south of Malta. In Gozo, the number of farmers who will benefit from this water is expected to rise to 420 from the current 330 farmers. In the south of Malta, where the project is logistically more complex and wider, it is expected that around 700 farmers will start using this water in the near future.
“New water is giving a lease of life to our farmers,” reiterated the Chief Executive of the Corporation, Mr Ivan Falzon.
Since its inception in 2017, farmers are benefitting from a stable supply of low salinity water resulting in a very positive impact on their crops, giving them a better shelf life and greater production flexibility. Some farmers are even growing more than one crop a year because the ‘new water’ does not have any negative impact on the fertility of the soil.
Farmers are also minimising the strain on the aquifer that is caused by borehole extraction, exacerbated by the poor rainfall of the last years, and helping the aquifer to replenish over time.
New water is treated in three phases: ultra-filtration, reverse osmosis, and advanced oxidification. This three-phase treatment is indeed revolutionary, and Malta is amongst world leaders in the field such as Israel and Singapore. The quality of this water is above Food and Agriculture Organisation (FAO) standards and undergoes strict testing regime at the corporation’s laboratories.