Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Agreement between government and Nature Trust Malta for better management of Chadwick Lakes

Ftehim bejn il-gvern u Nature Trust Malta għall-immaniġġjar aħjar ta’ Chadwick Lakes

Permezz ta’ ftehim li ġie ffirmat bejn l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, u Nature Trust Malta, l-għaqda mhux governattiva Nature Trust Malta ser tieħu r-responsabbiltà tal-immaniġġjar ta’ Wied il-Qlejgħa, jew kif inhu magħruf aħjar Chadwick Lakes.

Għal dawn l-aħħar sentejn l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma kienet u għadha qed timplimenta proġett ta’ riġenerazzjoni u riabilitazzjoni f’Wied il-Qlejgħa. Dan il-proġett ta’ €5 miljun, ko-finanzjat minn fondi Ewropej, mistenni jitlesta aktar tard din is-sena.

L-iffirmar ta’ dan il-ftehim sar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli, mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.

Il-Ministru Miriam Dalli laqgħet dan il-ftehim bħala eżempju ċar ta’ kif nistgħu nieħdu ħsieb il-wirt naturali ta’ pajjiżna.

“Ix-xogħlijiet f’Chadwick Lakes kixfu karatterstiċi li biż-żmien kienu ntilfu. Illum dawn l-ilqugħ li nbnew fis-seklu 19 se jkunu qed jirritornaw għall-iskop oriġinali tagħhom għall-ħażna tal-ilma”, qalet il-Ministru Dalli.

Spjegat ukoll kif permezz tal-ftehim ma’ Nature Trust Malta, il-gvern qed jimpenja ruħu għall-konservazzjoni kontinwa ta’ Wied il-Qlejgħa, fejn ser ikunu mħawla madwar 5,000 siġra u arbuxell u jkun hemm kontroll akbar fuq speċi invażivi.

“Impenjati li nkomplu nieħdu ħsieb l-ambjent naturali tagħna u l-ekosistemi u nħarsu lejn opportunitajiet li jippermettu finanzjar ta’ proġetti ta’ riċerika kif nassiguraw is-sostennibilità,” ikkonkludiet il-ministru.

Il-Ministru Aaron Farrugia qal li l-ERA hija parteċipi f’dan il-ftehim minħabba l-importanza ekoloġika u xjentifika tas-sit. Huwa ħabbar li l-ERA bdiet il-proċess biex tissaħħaħ il-protezzjoni taż-żona ta’ Chadwick Lakes u li permezz ta’ hekk ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri favur il-protezzjoni tal-bijodiversità billi jiġu kkonservati, mmaniġġjati u rrestawrati l-ambjenti naturali u l-ispeċi tas-sit, kif ukoll dawk l-aspetti ġeoloġiċi, ġeomorfoloġiċi u fiżjografiċi li jagħmlu s-sit wieħed mill-isbaħ pajsaġġi naturali Maltin.

Il-Ministru Farrugia qal li żoni protetti mmaniġġjati b’mod effettiv huma għodda kritika għas-salvagwardja tal-ambjent tagħna u r-reżiljenza tagħna bħala pajjiż, kif ukoll il-konservazzjoni tar-riżorsi naturali u s-suċċess ekonomiku sostenibbli li lkoll huma importanti għas-saħħa ta’ pajjiżna u l-kwalità ta’ ħajja ta’ kulħadd.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi qal li l-iffirmar ta’ dan il-ftehim jimmarka sħubija biex flimkien naħdmu għall-għan komuni – dak li nipprovdu ambjent aħjar filwaqt li nieħdu ħsieb il-pajsaġġ sabiħ ta’ pajjiżna. Huwa spjega kif il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat se tkun qed tifforma qafas, li permezz tiegħu jistgħu jintalbu fondi Ewropej addizzjonali, hekk kif il-mod kif dan is-sit qed jiġi riabilitat se jkun qed jiġi kkunsidrat bħala eżempju ta’ ‘best practice’.

Is-segretarju parlamentari kkonkluda billi qal li, “Ir-riġenerazzjoni ta’ Wied il-Qlejgħa qed issir b’investiment ta’ madwar €5 miljun ko-finanzjati b’fondi Ewropej. Dan il-ftehim se jmur pass oltre fejn mhux talli se nirrinnovaw dan is-sit li għandu wirt storiku u ambjentali għani iżda wkoll nibqgħu nieħdu ħsiebu u nippreservawh”.

Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv għall-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma Manuel Sapiano spjega kif dan il-proġett għandu l-għan li jservi bħala mudell għal proġetti futuri oħra f’diversi lokalitajiet, b’mod partikolari l-widien ta’ madwar Malta u Għawdex.

Huwa spjega wkoll dwar ix-xogħol li sar mill-istess Aġenzija f’Wied il-Qlejgħa fl-aħħar xhur. Fost oħrajn tneħħa ammont ta’ terrapien li maż-żmien inġemgħa fis-sodda tal-wied li flimkien mal-veġetazzjoni invażiva kien qed jimblokka l-korsa tal-ilma. Qal ukoll li għall-ewwel darba f’pajjiżna qed tintuża s-sistema ta’ bioinġinerija, jiġifieri qed jinħolqu bħal ħitan fil-ġnub tal-wied permezz tat-tħawwil tas-siġar. Dawn għandhom l-għan li ma jiklux mill-ħamrija fil-ġenb tal-wied u għalhekk il-passaġġi li nħolqu jibqgħu jservu għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Intant, wara l-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Dalli u l-Ministru Farrugia flimkien mas-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi ġew imdawra ma’ parti mill-wied, fejn bħalissa Nature Trust Malta qed tħawwel ammont ta’ siġar. Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus.

Agreement between government and Nature Trust Malta for better management of Chadwick Lakes

Through an agreement signed by the Energy and Water Agency (EWA), the Environment and Resources Authority (ERA), and Nature Trust Malta, the eNGO Nature Trust Malta has been given the responsibility of managing Wied il-Qlejgħa, more commonly known as Chadwick Lakes.

For the past two years, the Energy and Water Agency has been implementing a regeneration and rehabilitation project in this valley, a €5 million project co-financed by European funds which is expected to be completed later this year.

The agreement was signed during a press conference addressed by Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli, Minister for the Environment, Climate Change and Planning Aaron Farrugia, and Parliamentary Secretary for European Funds Stefan Zrinzo Azzopardi.

Minister Miriam Dalli welcomed this agreement as a clear example of how we can safeguard our country’s natural heritage.

“The works being carried out at Chadwick Lakes have uncovered long-buried features that were lost over time. Today, these dams which date back to the 19th Century are being restored to their original purpose of water storage”, stated Minister Dalli.

She also explained how through this agreement with Nature Trust Malta, the government is committing itself to the continuous conservation of Wied il-Qlejgħa, where around 5,000 trees and shrubs will be planted, and invasive species will also be controlled.

“We are committed to taking care of our natural environment and ecosystems while looking at opportunities that may help the financing of research projects on making sustainability sustainable”, concluded Minister Dalli.

Minister Farrugia said that the ERA is participating in this agreement due to the ecological and scientific importance of the site. He announced that the authority has started the process of heightening the protection of the Chadwick Lakes area, which will lead to the implementation of a number of measures intended for the protection of biodiversity in order to conserve, manage and restore the natural environment including the geological, geomorphic and physiographic aspects which make the site one of the most beautiful natural sites in Malta.

Minister Farrugia said that protected zones that are managed effectively are a critical tool for safeguarding the environment and our resilience as a country, conserving natural resources, and sustainable economic success, which will lead to an improvement in quality of life across the board.

Parliamentary Secretary Stefan Zrinzo Azzopardi said that the signing of the agreement marks a partnership so that together, we strive towards a common goal – that of providing a better environment whilst taking care of our country’s natural landscape. He explained how the cooperation between the public and the private sector can source additional European funds, as the rehabilitation of this site is considered to be an example of best practice.

The parliamentary secretary also said that, “About €5 million co-financed with European funds are being invested in the regeneration of Wied il-Qlejgħa. This agreement will go a step further whereby we will not just be regenerating the site containing a rich environmental and historical heritage, but we will continue to upkeep and preserve it”.

Meanwhile, EWA CEO Manuel Sapiano said that this project serves as a model for future projects in different locations, particularly in valleys around Malta and Gozo.

He also explained the EWA’s work in Wied il-Qlejgħa during the past months. Amongst other things, rubble which accumulated over time in the valley bed was removed, together with the invasive vegetation the rubble was blocking the watercourse. He explained that for the first time, a bioengineering system was being used – a system which involves the creation of walls using trees. Their purpose is to protect the soil at the side of the valley and therefore, the pathways that have been created will continuing to serve future generations.

Following the press conference, Minister Dalli and Minister Farrugia, together with Parliamentary Secretary Zrinzo Azzopardi visited parts of the valley, where Nature Trust Malta is currently planting several trees. Rabat Mayor Sandro Craus was also present.