Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

A natural space of around 4,000 square metres opens near the Simar Nature Reserve

Jinfetaħ spazju naturali ta’ madwar 4,000 metru kwadru ħdejn ir-Riserva tas-Simar

Żona ta’ madwar 4,000 metru kwadru, li għal snin twal kienet mitluqa u affettwata minn skart illegali, issa nbidlet kompletament.

Flimkien mal-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli, il-Ministru għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, fil-preżenza tat-tim ta’ Project Green, membri tal-kunsill lokali u rappreżentanti ta’ BirdLife Malta, ġie inawgurat spazju ambjentali li ġie rranġat mill-ġdid u jinsab ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Simar f’San Pawl il-Baħar.

Permezz ta’ dan il-proġett ġiet irranġata ż-żona b’mod li jirrispetta l-ambjent kif ukoll iħares is-sigurtà u jassigura l-aqwa esperjenza għan-nies li jżuruha. L-interventi komplew iżidu wkoll il-valur tar-riserva naturali li hemm fil-qrib, parti min-Natura 2000.

“Proġett ieħor lest, spazju ieħor miftuħ. Dan il-proġett huwa eżempju ċar ta’ kif nistgħu nibdlu spazji mitluqa f’żoni ta’ valur ambjentali u soċjali. B’dan l-investiment irrestawrajna ekosistema sensittiva, u tajna lura spazju sigur, aċċessibbli u edukattiv lin-nies. Ir-Riserva tas-Simar li hawn ħdejn dan l-ispazju hija parti importanti min-network Natura 2000, u għalhekk kull intervent sar b’rispett sħiħ lejn il-bijodiversità tagħha. Dan huwa pass ieħor fil-ħidma tagħna biex inkomplu nsaħħu l-kwalità tal-ħajja tan-nies filwaqt li nipproteġu l-wirt naturali ta’ pajjiżna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dan l-investiment juri b’mod ċar kif il-fondi Ewropej qed jintużaw biex jissaħħaħ l-ambjent naturali, titħares il-bijodiversità u jiżdiedu l-ispazji aċċessibbli għall-pubbliku. Huwa sostna li interventi bħal dawk li saru s-Simar huma parti minn viżjoni usa’ li tgħaqqad il-ħarsien tan-natura mal-kwalità tal-ħajja tan-nies. “Dan l-investiment mhux biss isaħħaħ il-bijodiversità u jtejjeb il-kwalità tal-ambjent naturali, iżda jagħti wkoll valur miżjud lill-komunitajiet billi joffri spazji ta’ mistrieħ u rikreazzjoni f’ambjent naturali protett. Qed inkomplu ninvestu f’inizjattivi li jsaħħu r-reżiljenza ambjentali ta’ pajjiżna u li jħallu impatt pożittiv fit-tul għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada,” temm jgħid il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

L-interventi taw prijorità lis-sigurtà, l-aċċessibilità u s-sostenibbiltà ta’ dan il-post. Mil-lat ta’ sigurtà, ġew installati sistemi ta’ CCTV, saru l-ħitan, bibien u ċnut biex jiġi evitat aktar tfigħ ta’ skart illegali u dħul bla permess. Ġew inklużi wkoll miżuri kontra n-nirien.

Mill-aspett ta’ aċċessibilità, saru mogħdijiet u rampi li anke jħallu l-ilma jgħaddi, flimkien ma’ faċilitajiet pubbliċi aċċessibbli għal kulħadd, skont il-linji gwida Accessibility for All. Is-sit issa jista’ jintlaħaq minn aktar minn 700 resident li jgħixu 10 minuti mixi ’l bogħod.

Ix-xogħol fuq il-pajsaġġ sar b’mod li jirrispetta l-valur ekoloġiku taż-żona. Tħawlu pjanti indiġeni addattati għall-ekosistema ta’ din ir-riserva u ġiet implimentata sistema sostenibbli għat-tisqija. Tpoġġiet għamara magħmula minn materjal riċiklat, bankijiet tal-piknik, siġġijiet, u bins għar-riċiklaġġ. Skont ir-regoli tan-Natura 2000 u minħabba s-sensittività tal-bijodiversità tas-sit, ma ġiex installat dawl.

Madwar il-park ġew installati wkoll pannelli edukattivi u informattivi li jispjegaw ir-regoli tas-sit, mappa ġenerali bit-trails u punti importanti, l-istorja kulturali u ekoloġika, messaġġi dwar il-protezzjoni tal-annimali, informazzjoni dwar l-abitat u spjegazzjonijiet dwar speċi protetti taħt direttivi tal-UE.

A natural space of around 4,000 square metres opens near the Simar Nature Reserve

An area of about 4,000 square metres, which for many years had been abandoned and affected by illegal dumping, has now been completely transformed.

Together with the Minister for the Environment, Miriam Dalli, the Minister for European Funds, Stefan Zrinzo Azzopardi, in the presence of the Project Green team, local council members, and representatives of BirdLife Malta, an environmental space was inaugurated. It has been regenerated and is located next to the Simar Nature Reserve in St Paul’s Bay.

Through this project, the area was redesigned in a way that respects the environment, while also ensuring safety and providing the best possible experience for visitors. The interventions have also enhanced the value of the nearby nature reserve, which forms part of Natura 2000.

“Another project completed, another space opened. This project is a clear example of how we can transform neglected areas into spaces of environmental and social value. Through this investment, we restored a sensitive ecosystem and returned a safe, accessible, and educational space to the public. The Simar Reserve nearby is an important part of the Natura 2000 network, and therefore every intervention was carried out with full respect for its biodiversity. This is another step in our work to continue improving people’s quality of life while protecting our country’s natural heritage for future generations,” said Minister Miriam Dalli.

Minister Stefan Zrinzo Azzopardi stated that this investment clearly shows how European funds are being used to strengthen the natural environment, protect biodiversity, and increase accessible public spaces. He added that interventions like those at Simar form part of a broader vision that links nature conservation with people’s quality of life. “This investment not only strengthens biodiversity and improves the quality of the natural environment but also adds value to communities by providing spaces for rest and recreation in a protected natural setting. We will continue investing in environment initiatives that enhance our country’s environmental resilience and leave a long-term positive impact for both present and future generations,” Minister Zrinzo Azzopardi concluded.

The interventions prioritised safety, accessibility, and sustainability. From a safety perspective, CCTV systems were installed, and walls, gates, and fencing were constructed to prevent further illegal dumping and unauthorized access. Fire prevention measures were also included.

From an accessibility perspective, pathways and ramps were built that also allow water to pass through, along with public facilities accessible to everyone in line with Accessibility for All guidelines. The site can now be reached by more than 700 residents living within a 10-minute walk.

Landscaping work was carried out in a way that respects the ecological value of the area. Native plants suited to the reserve’s ecosystem were planted, and a sustainable irrigation system was implemented. Furniture made from recycled materials was installed, including picnic benches, seating, and recycling bins. In line with Natura 2000 rules and due to the site’s sensitive biodiversity, no lighting was installed.

Educational and informational panels were also placed around the park, explaining site rules, providing a general map with trails and key points, outlining cultural and ecological history, promoting animal protection messages, and offering information about habitats and species protected under EU directives.