Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Alleanza Ewropea favur pjan ta’ ekonomija sostenibbli wara l-pandemija

Stqarrija

 It-Tlieta, 14 ta’ April 2020

 Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-MPE Miriam Dalli

COVID-19 | Alleanza Ewropea favur pjan ta’ ekonomija sostenibbli wara l-pandemija


“It-triq ‘il quddiem għall-Istati Membri kollha, inkluż Malta, hija investiment xieraq f’pjan ta’ irkupru ekonomiku li huwa sostenibbli” – Miriam Dalli

Bil-pandemija tal-koronavirus tagħti xokk qawwi lill-ekonomija Ewropea, numru ta’ leġislaturi, CEOs, trade unions u think tanks Ewropej ingħaqdu flimkien biex jippromwovu politika u miżuri li għandhom jibnu mill-ġdid l-ekonomiji wara l-COVID19.

L-alleanza Ewropea għall-Irkupru Sostenibbli tal-Ekonomija se tkun qed taħdem biex tagħti prijorità lill-ħolqien ta’ impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli permezz ta’ miżuri li jindirizzaw it-tibdil fil-klima.

“M’hemmx dubju li x-xokk tal-pandemija għall-ekonomiji se jkun akbar mill-kriżi finanzjarja tal-2008, u hemm bżonn ta’ sforz aktar b’saħħtu biex terġa’ tinbena ekonomija reżiljenti,” spjegat il-MPE Miriam Dalli, li qed tmexxi l-isforzi tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi f’din l-alleanza.

“L-Istati Membri kollha inkluż Malta għandhom jinvestu fi pjan ta’ irkupru qawwi. It-triq il-quddiem hija investiment fi pjan sostenibbli li jagħti prijorità l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, joħloq impjiegi ta’ kwalità u jissalvagwardja s-saħħa tan-nies. Huwa biss futur sostenibbli li jista’ jgħinna nevitaw konsegwenzi devastanti.”

Il-kriżi tesiġi pjanijiet ta’ rkupru urġenti, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll tal-UE, permezz t’azzjonijiet u investimenti li jikkontribwixxu għall-irkupru malajr li jkunu sostenibbli ekonomikament, soċjalment u ambjentalment. Ifisser ukoll li inizjattivi bħall-European Green Deal saru aktar urġenti.

“L-alleanza Ewropea għall-Irkupru Sostenibbli tal-Ekonomija trid taħdem favur era sostenibbli għall-Istati Membri kollha, inkluż Malta. Flimkien qed nitolbu l-implimentazzjoni ta’ pakketti ta’ investimenti sostenibbli biex il-pajjiżi jkunu jistgħu jaħdmu fuq il-pjanijiet tagħhom,” qalet Miriam Dalli.

Dawn il- miżuri jistgħu jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn ekonomija li ma tniġġisx u ekosistemi b’saħħithom, permezz ta’ tixrid ta’ għarfien, skambju ta’ esperti u ħolqien ta’ sinerġiji biex iwasslu favur deċiżjonijiet ta’ investiment meħtieġ.

L-alleanza Ewropea hija inizjattiva ta’ Pascal Canfin, iċ-Chair tal-kumitat ambjentali tal-Parlament Ewropew.

“Il-kriżi tal-Covid-19 se twassal biex l-affarijiet ikunu differenti wara. Aħna qed nagħmlu l-għażla li nħaffu t-tranżizzjoni ekoloġika biex, meta jasal il-waqt li l-pajjiżi jerġgħu jinvestu fl-ekonomija, jagħmlu investiment f’industriji nodfa. Flimkien, għandna bżonn niġġieldu u nirbħu ż-żewġ kriżijiet: il-kriżi tal-Covid-19 u l-kriżi tal-Klima,” qal il-MPE Franċiż Pascal Canfin f’kummenti lill-midja Maltija.

L-alleanza tinkludi Ministri minn 11-il pajjiż mill-Italja sal-Lussemburgu, 79 MPE minn 17-il Stat Membru, 37 Kap Eżekuttiv – minn Jean-Paul Agon ta’ L’Oreal għal Jesper Brodin ta’ IKEA u Emmanuel Faber ta’ Danone – 28 assoċjazzjoni kummerċjali li jirrappreżentaw 10 setturi differenti, konfederazzjoni tat-trade unions li jirrappreżentaw membri minn 90 organizzazzjoni nazzjonali u 10 federazzjonijiet tat-trade unions, seba’ NGOs u sitt think tanks.

COVID-19 | European alliance seeks sustainable economic recovery post-pandemic

“Proper investment in a sustainable green recovery plan is the way forward for all Member States, including Malta” – Miriam Dalli

With the coronavirus pandemic sending severe shockwaves through Europe’s economy, a European alliance of lawmakers, CEOs, trade unions and think tanks seeks to promote policies and measures to help rebuild economies post-COVID19.

Launched today, the members of the European alliance for a Green Recovery will work together on policies that prioritise job creation and sustainable economic development whilst putting the fight against climate change at its core. 

“There is no doubt that the pandemic’s shock to the economies will be tougher than the 2008 financial crisis, and a greater effort is needed to rebuild a resilient economy,” MEP Miriam Dalli, who is leading the Socialists & Democrats’ efforts, explained.

“All Member States including Malta need to invest in a strong recovery plan, but the way forward is to invest in a sustainable plan that prioritises the fight against climate change, creates quality jobs and safeguards people’s health. This future has to be sustainable so that we can avoid devastating consequences.”

The crisis demands urgent recovery plans, both at the national and EU level, to promote actions and investments that contribute to the quick recovery but support sustainable growth. It also means that initiatives such as the European Green Deal have become even more urgent.

“The European alliance for a Green Recovery could spell the beginning of a sustainable era for all Member States, including Malta. Together we are calling for the mobilisation of post-crisis green investment packages to build the recovery and transformation plans,” Miriam Dalli said.

Such packages could accelerate the transition towards climate neutrality and healthy ecosystems, through knowledge-sharing, exchanging of expertise and the creation of synergies to deliver the investment decisions needed.

The European alliance for a Green Recovery is an initiative of Pascal Canfin, the chair of the European Parliament’s environment committee.  

“There will be a before and after the Covid-19 crisis. We are making the choice of accelerating the ecological transition when the time comes to reinvest in the economy. Together, we need to fight and conquer both crises: the Covid-19 crisis and the Climate crisis,” French MEP Pascal Canfin said in comments to the Maltese media.

The alliance includes Ministers from 11 countries from Italy to Luxembourg, 79 cross-party MEPs from 17 Member States, 37 CEOs – from L’Oreal’s Jean-Paul Agon to IKEA’s Jesper Brodin and Danone’s Emmanuel Faber – 28 business associations representing 10 different sectors, trade union confederation representing members from 90 national trade union organisations and 10 trade union federations, seven NGOs and six think tanks.

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni

Partit Laburista