Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Bormla Grove: A new community space bringing together nature, sport and family

Masġar Bormla: Spazju ġdid għall-komunità li jgħaqqad in-natura, l-isport u l-familja

Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli flimkien mal-Ministru għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla u t-tim ta’ Project Green żaru s-sit fejn għaddej xogħol fuq proġett f’Bormla — park innovattiv u inklussiv li se jservi bħala spazju miftuħ ġdid għall-komunità.

Dan il-proġett, li jkopri medda ta’ 53,000 metru kwadru b’investiment ta’ aktar minn €1.6 miljun, se joffri firxa ta’ faċilitajiet li jindirizzaw l-interessi ta’ kull età. Fost l-elementi ewlenin se jkun hemm network għall-mountain biking adattati għal livelli differenti, żoni ddedikati għall-pets, u spazji għal-logħob ta’ tfal li jintegraw elementi ambjentali.

Il-proġett jinkludi wkoll tħawwil ta’ 64 siġra ġdida u 173 arbuxxell, li se jkomplu jsaħħu l-aspett ekoloġiku ta’ din l-inizjattiva u jtejbu l-kwalità tal-arja u tal-ambjent urban f’din il-lokalità. 

“Dan il-proġett huwa eżempju ċar ta’ kif irridu nibdlu l-mod kif naħsbu dwar l-ispazji miftuħa. F’Bormla qed noħolqu spazju li jġib lin-natura eqreb tal-komunità, li jinkoraġġixxi stil ta’ ħajja aktar attiv u li joffri opportunitajiet għall-familji, tfal u żgħażagħ biex iqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien. Eżempju ieħor ta’ kif qed nagħmlu l-viżjoni tagħna realtà. Din viżjoni ta’ kif il-lokalitajiet tagħna jistgħu jkunu aktar sostenibbli, aktar ħajjin u aktar inklussivi, u li jħallu impatt dirett u pożittiv fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi enfasizza kif il-Fondi Ewropej qed jintużaw biex jinħolqu spazji ta’ kwalità li jservu lill-komunitajiet lokali, filwaqt li jtejbu l-ambjent b’mod sostenibbli. Huwa spjega li l-proġett tal-Masġar Bormla jirrappreżenta investiment ta’ aktar minn €1.6 miljun li qed jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-bijodiversità ta’ Malta. Dan il-proġett huwa parti minn inizjattiva usa’ li tkopri 10 siti madwar il-pajjiż, b’investiment li jaqbeż it-€13-il miljun mill-Fondi Ewropej.

Is-Sindku ta’ Bormla Marco Agius laqa’ dan il-proġett bħala pass importanti biex il-lokalità tkompli tikseb spazji miftuħa moderni u aċċessibbli għal kulħadd, u żied li huwa grazzi għal dan il-Gvern li dejjem ħaseb fin-naħa t’isfel ta’ Malta li f’Bormla issa hawn aktar spazji miftuħa.

Bormla Grove: A new community space bringing together nature, sport and family

Environment Minister Miriam Dalli, together with European Funds Minister Stefan Zrinzo Azzopardi, the Bormla Local Council and the Project Green team, visited the sitewhere work is underway on a project in Bormla — an innovative and inclusive park that will serve as a new open space for the community.

The project, covering an area of 53,000 square metres with an investment of more than €1.6 million, will offer a range of facilities catering for all ages. Key features will include a mountain-biking network suitable for different levels, dedicated pet areas, and children’s play spaces integrating environmental elements.

The project also includes the planting of 64 new trees and 173 shrubs, further strengthening the ecological aspect of the initiative and improving air quality and the urban environment in the locality.

“This project is a clear example of how we want to change the way we think about open spaces. In Bormla, we are creating a space that brings nature closer to the community,encourages a more active lifestyle, and offers opportunities for families, children and young people to spend quality time together. It is another example of how we are making our vision a reality — a vision of how our localities can become more sustainable, more vibrant and more inclusive, while having a direct and positive impact on people’s daily lives,” Minister Miriam Dalli said.

Minister Stefan Zrinzo Azzopardi emphasised how European funds are being used to create quality spaces that serve local communities while improving the environment in asustainable way. He explained that the Bormla Grove project represents an investment of more than €1.6 million, contributing to the strengthening of Malta’s biodiversity. The project forms part of a wider initiative covering 10 sites across the country, with an investment exceeding €13 million from European funds.

Bormla Mayor Marco Agius welcomed the project as an important step in continuing to provide the locality with modern and accessible open spaces for everyone. He added that it is thanks to this Government, which has always kept the south of Malta in mind, that Bormla now has more open spaces.