Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Christmas in the Park with new attractions at Salina Park

Christmas in the Park b’attrazzjonijiet ġodda fil-Park tas-Salina

Mill-bieraħ filgħaxija nfetħet uffiċjalment il-ħames edizzjoni ta’ Christmas in the Park, fil-Park Nazzjonali tas-Salina, f’San Pawl il-Baħar.

Din is-sena, dan l-avvenniment popolari ta’ żmien il-Milied, qed jittella’ b’attrazzjonijiet ġodda u b’kalendarju mimli attivitajiet u artisti lokali. Waqt il-ftuħ tiegħu, il-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija, Dr Miriam Dalli, ħeġġet lill-familji, żgħażagħ u anzjani jżuru l-attrazzjonijiet u jgawdu mill-esperjenzi ġodda li ġew preparati.

Dawn il-bidliet huma mfassla biex itejbu l-esperjenza tal-viżitaturi, filwaqt li jippromwovu l-importanza tas-sostenibbiltà ambjentali.

“Avvenimenti pubbliċi bħall-Christmas in the Park ikomplu jlaqqgħu n-nies flimkien sabiex igawdu l-ispazji miftuħa filwaqt li jitgħallmu aktar dwar is-sostenibbiltà. Inħeġġu lill-familji biex jingħaqdu magħna fil-Park Nazzjonali tas-Salina biex jesploraw prattiċi sostenibbli filwaqt li jqattgħu ħin ta’ kwalità mal-għeżież tagħhom. Fix-xhur li ġejjin, ser inkomplu naħdmu sabiex noħolqu aktar spazji pubbliċi għal kulħadd, filwaqt li nsaħħu l-impenn tagħna favur l-protezzjoni ambjentali,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-viżitaturi u t-tfal għandhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ Santa Klaws, jesperjenzaw ir-realtà virtwali, jieħdu sehem f’logħob u krafts u jduqu x-xorb, l-ikel u l-ħlewwiet tradizzjonali tal-Milied. Ser ikun hemm ukoll divertiment fuq il-park prinċipali minn diversi artisti lokali.

Il-passaġġ imdawwal ser ikun aktar spettakolari minn qatt qabel, b’siġar mixgħulin, strutturi tal-annimali kbar tad-dawl u dettalji li joħolqu atmosfera verament maġika.

Apparti d-divertiment, wieħed jista’ jsib ukoll diversi stands ta’ informazzjoni minn entitajiet bħal Saving Our Blue, id-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent Malta, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Circular Economy Malta, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, Project Green, Wasteserv, l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, id-Diviżjoni tal-Indafa Pubblika u l-Manutenzjoni, u r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma li permezz ta’ attivitajiet u logħob edukattivi qed ikomplu jwasslu l-messaġġ favur l-ħarsien tal-ambjent u s-sostenibbiltà.

Christmas in the Park huwa miftuħ sal-21 ta’ Diċembru. Il-ħinijiet tal-ftuħ matul il-ġimgħa, huma mill-5pm sad-9pm, filwaqt li fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi se jkun miftuħ min-12:30pm sad-9pm.

Id-dħul huwa b’xejn.

Żuru s-sit elettroniku christmasinthepark.mt u l-paġni ta’ Sostenibilità għal aktar informazzjoni u l-programm tal-attivitajiet.​

Minister for the Environment, Energy and Public Cleanliness Miriam Dalli launches Christmas in the Park 2025

Christmas in the Park with new attractions at Salina Park

Yesterday evening marked the official opening of the fifth edition of Christmas in the Park, at the Salina National Park in St Paul’s Bay.

This year, the popular Christmas-time event is being organised with new attractions and a calendar packed with activities and local artists. During the opening, the Minister for the Environment and Energy, Dr Miriam Dalli, encouraged families, youth, and the elderly to visit the attractions and enjoy the newly prepared experiences.

These changes are designed to enhance the visitor experience while promoting the importance of environmental sustainability.

“Public events like Christmas in the Park continue to bring people together to enjoy the open spaces while learning more about sustainability. We encourage families to join us at the Salina National Park to explore sustainable practices while spending quality time with their loved ones. In the coming months, we will continue working to create more public spaces for everyone while strengthening our commitment to environmental protection,” said Minister Miriam Dalli.

Visitors and children can meet Santa Claus, experience virtual reality, play games, make crafts, and enjoy traditional Christmas drinks, food, and sweets. There will also be entertainment on the main stage featuring various local artists.

The illuminated walkway will be more spectacular than ever, with lit trees, large light animal structures, and details that create a truly magical atmosphere.

Aside from entertainment, visitors can also find several information stands from entities such as Saving Our Blue, the Directorate for Sustainable Development, Ambjent Malta, the Environment and Resources Authority, Circular Economy Malta, the Energy and Water Agency, Project Green, Wasteserv, the Water Services Corporation, the Public Cleaning and Maintenance Division, and the Regulator for Energy and Water Services. Through educational activities and games, these entities continue to spread the message of environmental protection and sustainability.

Christmas in the Park is open until 21 December. Opening hours during weekdays are from 5pm to 9pm, while on weekends and public holidays, it will be open from 12:30pm to 9pm.

Entrance is free.

Visit the website christmasinthepark.mt and the Sustainability pages for more information and the full programme of activities.