Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Madonna tal-Vitorja Garden Inaugurated in Pembroke

Inawgurat Ġnien il-Madonna tal-Vitorja f’Pembroke

Ġie inawgurat Ġnien il-Madonna tal-Vitorja f’Pembroke, spazju miftuħ ta’ 2,250 metru kwadru li nbidel minn żona miksija bit-tarmak għal ġnien aċċessibbli u mħaddar fil-qalba ta’ żona residenzjali. Il-ġnien ġie inawgurat mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli, flimkien mat-tim ta’ Project Green u s-Sindku ta’ Pembroke Kaylon Zammit.

Dan il-proġett huwa eżempju ċar ta’ kif spazji urbani li ma jkunux qed jintużaw bl-aħjar mod jistgħu jinbidlu f’postijiet ta’ mistrieħ, rikreazzjoni u kwalità ta’ ħajja aħjar għar-residenti. Żona li qabel kienet miksija bit-tarmak u spiċċat tintuża għar-rimi tal-iskart, illum saret ġnien miftuħ, imħaddar u mgħammar biex jitgawda mill-komunità.

“Dak li qed naraw illum huwa frott ta’ viżjoni ċara: li nressqu l-ispazji ħodor eqreb lejn in-nies. Ġnien il-Madonna tal-Vitorja juri kif anke spazji urbani jistgħu jagħmlu differenza kbira fil-ħajja ta’ kuljum tar-residenti, bl-istess mod kif jagħmlu l-parks akbar fil-periferija tal-lokalitajiet tagħna. Illum, ir-residenti ta’ Pembroke għandhom spazju fejn jistgħu jistrieħu, jimxu, jiltaqgħu u jqattgħu ftit ħin fil-kwiet, flok żona mitluqa bit-tarmak,” qalet il-Ministru Dalli.

Fil-ġnien saru diversi interventi biex l-ispazju jkun aktar sigur, aċċessibbli u funzjonali. Dawn jinkludu pavimentar ġdid, l-użu ta’ ġibjun eżistenti għat-tisqija tas-siġar u l-arbuxxelli, l-installazzjoni ta’ bankijiet, ċnut u sistema ta’ dawl solari, kif ukoll il-ħolqien ta’ passaġġi ġodda.

Is-sostenibbiltà kienet fil-qalba ta’ dan il-proġett. Tneħħew pjanti invażivi, filwaqt li l-ħamrija eżistenti fis-sit ġiet skavata b’mod temporanju u reġgħet intużat fl-istess proġett. Saru wkoll xogħlijiet strutturali, fosthom il-bini ta’ ħitan bl-użu ta’ blokok tal-ġebel riċiklat u xogħol ta’ surface compaction.

Bħala parti mit-trasformazzjoni taż-żona, Project Green indirizzat ukoll il-bżonnijiet relatati mal-parkeġġ. Waqt li tneħħa l-asfalt biex jinħoloq il-ġnien, sar xogħol separat biex jiġu formalizzati spazji għall-parkeġġ tal-karozzi fil-viċinanzi.

Fil-Ġnien il-Madonna tal-Vitorja tħawlu 67 siġra, fosthom ħarruba ta’ madwar sitt metri għoli u b’piż ta’ madwar 4,000 kilogramma, li tinsab fiċ-ċentru tal-proġett. Tħawlu wkoll madwar 655 arbuxxell, biex il-ġnien ikompli jissaħħaħ bħala spazju naturali u attraenti għall-komunità.

Il-proġett tlesta u ġie inawgurat fi żmien sitt xhur, b’ħidma konġunta bejn Project Green, il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke u l-kuntratturi involuti.

Spazju biswit il-ġnien li kien iddedikat għall-qtates inżamm u ġie msebbaħ ukoll, wara konsultazzjoni pubblika mar-residenti. Dan juri kif il-proġett tfassal b’attenzjoni għall-bżonnijiet tal-komunità u għall-użu eżistenti taż-żona.

Liana Saliba Gazzano, Head of Implementation fi Project Green, qalet: “B’ħidma konġunta mal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke, illum qed inwasslu spazju miftuħ ġdid fil-qalba tal-komunità. Dan huwa proġett li sar b’konsultazzjoni mar-residenti u b’rispett lejn il-bżonnijiet tagħhom. Għalhekk inħeġġeġ lir-residenti biex jagħmlu użu minn dan il-ġnien u jgawduh bħala spazju li tassew sar min-nies għan-nies.”

Is-Sindku ta’ Pembroke, Kaylon Zammit qal, “Grazzi għall-kollaborazzjoni b’saħħitha bejn il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke u Project Green, wettaqna t-tieni proġettb’investiment għal spazju miftuħ biex jitgawda mill-familji. Medda art li kienet konkos u tarmak issa nbidlet fi spazju aħdar mgħammar b’dak kollu li wieħed jistenna sabiex iqatta’ ftit ħin ta’ mistrieħ mal-ħbieb u qraba tiegħu. Determinati li fiż-żmien li ġej, il-Kunsill ser ikompli jinvesti għar-residenti tiegħu bi proġetti bħal dawn, inkluż it-tisbiħ tal-picnic area u dog park fil-lokalità.”

Madonna tal-Vitorja Garden Inaugurated in Pembroke

Madonna tal-Vitorja Garden in Pembroke has been inaugurated, transforming a 2,250-square-metre open space from a tarmacked area into an accessible, green garden in theheart of a residential neighbourhood. The garden was inaugurated by the Minister for the Environment, Energy and Public Cleanliness Miriam Dalli, together with the Project Green team and Pembroke Mayor Kaylon Zammit.

This project is a clear example of how urban spaces that are not being used to their full potential can be transformed into places for relaxation, recreation, and a better quality of life for residents. An area that was previously covered in tarmac and had ended up being used for waste dumping has now become an open, green and equipped garden for the community to enjoy.

“What we are seeing today is the result of a clear vision: to bring green spaces closer to people. Madonna tal-Vitorja Garden shows how even urban spaces can make a majordifference in residents’ everyday lives, in the same way that larger parks on the outskirts of our localities do. Today, Pembroke residents have a space where they can rest, walk, meet and spend some quiet time, instead of an abandoned tarmacked area,” saidMinister Dalli.

A number of interventions were carried out in the garden to make the space safer, more accessible and more functional. These include new paving, the use of an existingreservoir to irrigate the trees and shrubs, the installation of benches, fencing and a solar lighting system, as well as the creation of new pathways.

Sustainability was at the heart of this project. Invasive plants were removed, while the existing soil on site was temporarily excavated and reused within the same project.Structural works were also carried out, including the construction of walls using recycled stone blocks and surface compaction works.

As part of the area’s transformation, Project Green also addressed parking-related needs. While asphalt was removed to create the garden, separate works were carried out to formalise car parking spaces in the vicinity.

At Madonna tal-Vitorja Garden, 67 trees were planted, including a carob tree around six metres high and weighing approximately 4,000 kilograms, which stands at the centre of the project. Around 655 shrubs were also planted, further strengthening the garden as a natural and attractive space for the community.

The project was completed and inaugurated within six months, through joint work between Project Green, the Pembroke Local Council and the contractors involved.

A space next to the garden that had been dedicated to cats was retained and also embellished following public consultation with residents. This shows how the project was designed with attention to the community’s needs and the existing use of the area.

Liana Saliba Gazzano, Head of Implementation at Project Green, said: “Through joint work with the Pembroke Local Council, today we are delivering a new open space in the heart of the community. This is a project that was carried out in consultation with residents and with respect for their needs. I therefore encourage residents to make use of this garden and enjoy it as a space that was truly created by the people, for the people.”

Pembroke Mayor Kaylon Zammit said, “Thanks to the strong collaboration between the Pembroke Local Council and Project Green, we have completed the second project involving investment in an open space for families to enjoy. An area that was previously concrete and tarmac has now been transformed into a green space equipped with everything one would expect in order to spend some relaxing time with friends and relatives. We are determined that, in the coming period, the Council will continue to invest in its residents through projects like these, including the embellishment of the picnic area and dog park in the locality.”