Malta’s first public obstacle course is now open at San Klement Park in Ħaż-Żabbar. The course spans over 2,700 square meters, providing OCR enthusiasts with the opportunity to practice their favourite sport in a public park.
The park is equipped with 10 diverse obstacles and associated equipment, such as climbing nets, ninja step plates, and instructional guides for each challenge. Geared towards individuals aged 13 and above, this obstacle course is accessible to all, presenting a sequence of interconnected challenges aimed at fostering physical strength, agility, coordination, and endurance.
The investment by Project Green aims to create a community space for the increasingly popular sport. To inaugurate the OCR track, Project Green joined forces with Bulletproof, offering a complimentary workshop held last Sunday.
Minister for the Environment, Energy and Enterprise Miriam Dalli expressed the Government’s commitment to expanding green spaces and optimising open areas to entice visitors of various age groups. “As OCR gains traction as a favoured sport, providing enthusiasts with a space to train freely not only encourages a healthy community but also shows how spaces can be utilized and taken care of,” the Minister said.
“We are enthusiastic to witness the transformation of this area into a space that encourages physical activity and community engagement. This is yet another way Project Green is working to attract more community engagement and give life to regenerated open spaces,” said Project Green CEO Steve Ellul.
L-ewwel OCR miftuħa għal pubbliku fil-Park ta’ San Klement
L-ewwel korsa tal-ostakli pubblika f’Malta issa miftuħa ġewwa l-Park ta’ San Klement f’Ħaż-Żabbar. Il-korsa hija mifruxa fuq 2,700 metru kwadru, u tipprovdi lill-isportivi tal-OCR bl-opportunità li jipprattikaw l-isport favorit tagħhom f’park pubbliku.
Il-park huwa mgħammar b’10 ostakli differenti bħal climbing nets u ninja step plates, bi gwida ta’ kif wieħed għandu jużahom. Din il-korsa tista’ tintuża minn persuni li għandhom 13-il sena ‘l fuq u hija aċċessibbli għal kulħadd. Din l-OCR fiha sekwenza ta’ sfidi interkonnessi li huma mmirati biex irawmu s-saħħa fiżika, l-aġilità u l-koordinazzjoni.
Dan l-investiment minn Project Green sar bil-għan li joħloq spazju komunitarju għal dan it-tip ta’ sport li qed jiżdied fil-popolarità tiegħu. Għall-inawgurazzjoni tal-OCR, Project Green ingħaqdet ma’ Bulletproof, fejn il-Ħadd li għadda offrew workshop għal dawk preżenti.
Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli esprimiet l-impenn tal-Gvern biex jżid aktar spazji miftuħa u biex dawn iż-żoni jintużaw bl-aħjar mod biex jattiraw viżitaturi ta’ etajiet varji. “Hekk kif l-OCR qed jkun wieħed mill-isports favoriti, qed noffru spazju fejn wieħed jista’ jipprattika dan l-isports fil-libertà tiegħu. Dan l-ispazju miftuħ qed ikompli jinkoraġġixxi komunità aktar b’saħħitha filwaqt li joffri opportunità ta’ kif l-ispazji miftuħa jistgħu jiġu użati,” qalet il-Ministru.
“Entużjasti naraw it-trasformazzjoni ta’ din iż-żona fi spazju li jinkoraġġixxi attività fiżika. Dan huwa dak li qed nagħmlu bħala Project Green, li nżidu aktar l-involviment tal-komunità filwaqt li nkompli niġġeneraw aktar spazji miftuħa,” qal il-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green Steve Ellul.