Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Minn żona abbandunata għall-akbar proġett ta’ afforestazzjoni

Maltese Version :

Jingħata bidu għall-proġett ta’ afforestazzjoni fil-Park tal-Inwadar

Hekk kif imwiegħed fil-Budget 2022, qed jingħata bidu għall-proġett ta’ afforestazzjoni fil-Park Nazzjonali tal- Inwadar, b’investiment totali ta’ €20 miljun fuq medda ta’ ħames snin.

Permezz ta’ dan l-investiment, se jitħawwlu mal-50,000 siġra li se jagħmlu minn dan il-masġar akbar minn dak tal-Buskett.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli spjegat kif Parks Malta għaddejja bit-tfassil tal-pjan maniġerjali għal Park Nazzjonali tal-Inwadar biex jiġu identifikati ż-żoni differenti li huma art agrikola, art privata jew imqabbla.

Bħalissa, Parks Malta għaddejja bix-xogħol preparatorju permezz ta’ tindif tas-siti f’dan il-park minn speċi aljeni u invażivi.

“Qed ninvestu €4 miljun fis-sena biex ikollna masġar fin-nofsinhar ta’ Malta, li jsaħħaħ il-biodiversità u jkun sostenibbli,” qalet Miriam Dalli, filwaqt li spjegat li l-ilma użat għat-tisqija se jkun minn New Water.

Il-proġett se jinkludi trekking paths u spazji għal picnics.

Il-Ministru Dalli qalet li se jkun qed jiġi appuntat steering committee bil-għan li jmexxi ’l quddiem dan il-proġett ambizzjuż li jkopri 315,000 metru kwadru ta’ art. Il-kumitat se jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ Parks Malta u tal-Bord tal-Governanza tal-Inwadar, esperti fis-siġar, rappreżentanti tal-periti, u rappreżentanti mis-settur agrikolu fost oħrajn.

Fost ir-responsabilitajiet tiegħu, il-kumitat irid jagħti direzzjoni strateġika, jistipula l-miri u jara li dawn il-miri jintlaħqu, jara li l-proċess miexi skont il-pjan u jindirizza kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu matul l- implimentazzjoni tal-proġett.

“Huwa proġett ambizzjuż imma fattibbli u se naraw li jitwettaq. Irridu li dan il-park ikun aċċessibbli u jitgawda minn kulħadd, inkluż il-familji u ż-żgħażagħ li jiġu jżuruh,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Dr Steve Borg, chairperson tal-Bord tal-Governanza tal-Inwadar, qal: “Il-progress fit-tiswir tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar jidher f’diversi oqsma. Kompla t-tindif metodiku ta’ tnehhija ta’ konkos li kien ilu mitluq fuq ix- xtajta, ġiet ippubblikata s-sejħa biex issir il-pjattaforma rikrejjattiva, ħarġet sejħa biex jitnaddaf bir qanpiena fil-Masġar ta’ San Anard, temmejna b’suċċess l-attivita’ tal-Arti fil-Park u saħħaħna l-monitoraġġ tas-CCTV b’aktar kameras.

“Fuq dan kollu rajna wkoll żieda ta’ viżitaturi li ta’ kuljum qegħdin igawdu l-isbuħija tal-park li qegħdin nagħtuh lura wara tant snin ta’ abbandun.”

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali ta’ Parks Malta Adrian Attard tenna li l-pjan maniġerjali mistenni jitlesta sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar. “Dan il-pjan se jgħin biex nattwaw ir-riġenerazzjoni ta’ mhedded ta’ art bit-tħawwil ta’ siġar u arbuxelli ġodda, addattati għat-tipoloġija tal-inħawi filwaqt li nħarsu l-biodiversita f’dan il-park,” qal is-Sur Attard.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, is-Sur Anthony Gatt, u Periti Studios.

Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli launches the Inwadar Afforestation Project
Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli launches the Inwadar Afforestation Project
Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli launches the Inwadar Afforestation Project