Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Nine-year national plan to strengthen the national grid and energy security

Pjan nazzjonali ta’ 9 snin biex jissaħħaħ il-grid nazzjonali u s-sigurtà tal-enerġija

Imniedi pjan nazzjonali ta’ disa’ snin li se jkompli jsaħħaħ u jimmodernizza s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Malta u Għawdex, b’investiment qawwi fl-infrastruttura, ċentri ġodda ta’ distribuzzjoni u aktar konnessjonijiet biex tiżdied il-flessibbiltà u r-reżiljenza tal-grid nazzjonali.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet immexxija mill-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija, Miriam Dalli, u ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, Inġ. Ryan Fava, fejn ġie ppreżentat il-pjan nazzjonali ta’ 9 snin biex tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-enerġija f’pajjiżna.

Dan il-pjan jinkludi 12-il ċentru ġdid ta’ distribuzzjoni, link ġdida ta’ 132kV bejn Malta u Għawdex u proġetti speċifiċi għal Għawdex, filwaqt li s-sistema se tkun ippreparata għat-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fid-domanda fis-snin li ġejjin.

Matul l-istess konferenza tal-aħbarijiet, l-Enemalta ħabbret ukoll branding ġdid taħt il-messaġġ “Energy that moves you!”, li tissottolinja l-irwol tagħha bħala entità li twettaq, twassal servizz essenzjali lill-pajjiż u telenka l-importanza tal-enerġija fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Fil-kummenti tagħha, il-Ministru Miriam Dalli enfasizzat li dan il-pjan huwa parti minn viżjoni usa’ ta’ Gvern li jaħseb fit-tul u jaġixxi minn issa.  “Dak li qed nitkellmu dwaru llum mhuwiex pjan fuq il-karta. Huwa pjan li qed jitwettaq. Wara s-sajf tal-2023 kellna għażla. Għażilna li nxammru l-kmiem. Aċċellerajna l-pjan, żidna l-investiment u wettaqna aktar xogħol f’inqas żmien. Illum qed naraw ir-riżultati u qed inħejju lil pajjiżna mhux biss għal-lum, iżda għar-realtajiet ta’ ħames, għaxar snin oħra u aktar lil hinn minn hekk.” Il-Ministru enfasizzat li dan qed isir filwaqt li l-familji u n-negozji komplew jibbenefikaw minn kontijiet tal-enerġija stabbli, kuntrarjament għal dak li seħħ f’ħafna pajjiżi oħra.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, Inġ. Ryan Fava, stqarr, “Permezz ta’ programm ta’ rinfurzar imwettaq f’fażijiet, Enemalta diġà għamlet passi sinifikanti biex ittejjeb l-affidabbiltà tan-network tal-elettriku f’Malta u Għawdex. Dawn l-investimenti huma kruċjali biex inkomplu ntejbu r-reżiljenza tan-network u niżguraw provvista tal-enerġija aktar stabbli u effiċjenti għall-familji u n-negozji. Permezz ta’ dan il-Pjan ta’ disa’ snin, se tkompli tissaħħaħ is-sistema nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-enerġija u jħejjiha għall-isfidi tal-futur. Il-ħolqien tal-brand il-ġdid ta’ Enemalta jirrifletti b’mod ċar id-direzzjoni strateġika li qed tieħu l-kumpanija: dik li tkompli tinvesti f’infrastruttura moderna, reżiljenti u sostenibbli li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-pajjiż illum u tipprepara għall-futur.”

Fl-aħħar sentejn, ġew investiti €90 miljun għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni. Barra minn hekk, ġew investiti €40 miljun oħra fiċ-ċentri ġodda tad-distribuzzjoni li se jitlestew sa nofs din is-sena.​

Ix-xogħol fuq il-grid diġà qed jagħti riżultati konkreti. L-ewwel fażi tal-programm ta’ tisħiħ wasslet għat-tlestija ta’ 83 kilometru ta’ cables ġodda ta’ vultaġġ medju u titjib fin-netwerks ta’ vultaġġ baxx, b’tnaqqis sinifikanti fil-ħinijiet ta’ qtugħ. Fit-tieni fażi tpoġġew 63 kilometru ieħor ta’ cables ġodda taħt l-art, iffukata fuq tisħiħ fil-kapaċità u r-reżiljenza f’lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Nine-year national plan to strengthen the national grid and energy security

Enemalta launches new branding

A national nine-year plan has been launched to further strengthen and modernise the electricity distribution system in Malta and Gozo, through strong investment in infrastructure, new distribution centres, and additional connections to increase the flexibility and resilience of the national grid.

This was announced during a press conference addressed by the Minister for the Environment and Energy, Miriam Dalli, and Enemalta’s Executive Chairman, Ing Ryan Fava, during which the nine-year national plan to continue reinforcing the country’s energy distribution infrastructure was presented.

The plan includes 12 new distribution centres, a new 132kV link between Malta and Gozo, and specific projects for Gozo, while preparing the system for economic growth and increased demand in the coming years.

During the same press conference, Enemalta also announced new branding under the message “Energy that moves you!”, highlighting its role as an organisation that delivers an essential service to the country and underlining the importance of energy in our daily lives.

In her comments, Minister Miriam Dalli stressed that this plan forms part of a broader government vision that plans for the long term while acting now. “What we are talking about today is not a plan on paper. It is a plan that is being implemented. After the summer of 2023, we had a choice. We chose to roll up our sleeves. We accelerated the plan, increased investment, and carried out more work in less time. Today we are seeing the results, and we are preparing our country not only for today, but for the realities of five, ten years from now and beyond.” The Minister also emphasised that this is being done while families and businesses continue to benefit from stable energy bills, in contrast to what has happened in many other countries.

Enemalta’s Executive Chairman, Ing Ryan Fava stated, “Through a phased reinforcement programme, Enemalta has already taken significant steps to improve the reliability of the electricity network in Malta and Gozo. These investments are crucial to continue strengthening the resilience of the network and to ensure a more stable and efficient energy supply for families and businesses. Through this Nine-Year Plan, the national energy distribution system will continue to be reinforced and prepared for future challenges. The new branding of Enemalta’s clearly reflects the strategic direction the company is taking to continue to invest in modern, resilient and sustainable infrastructure that meets the country’s needs today while preparing for the future.”

Over the past two years, €90 million have been invested to strengthen the distribution system. In addition, a further €40 million have been invested in new distribution centres, which are expected to be completed by middle of this year.​​

Work on the grid is already delivering results. The first phase of the reinforcement programme led to the completion of 83 kilometres of new medium-voltage cables and upgrades to low-voltage networks, resulting in a significant reduction in outage durations. In the second phase, a further 63 kilometres of new underground cables were installed, focusing on strengthening capacity and resilience in localities across Malta and Gozo.