Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Pre-Market Consultation announced for the first phase of the Grand Harbour Regeneration plan

Titħabbar il-Pre-Market Consultation għall-ewwel fażi tal-pjan tar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli ħabbret fażi ġdida importanti fil-pjan tal-Gvern għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Dalli nediet formalment il-Pre-Market Consultation (PMC) – pass strateġiku ieħor lejn it-twettiq tal-viżjoni ambizzjuża biex il-Port il-Kbir jinbidel f’żona ta’ opportunitajiet ġodda u li joffri spazji isbaħgħan-nies.

Din is-sejħa internazzjonali qed tinħareġ wara li l-proposta tal-Gvern għar-riġenerazzjoni ta’ partijiet mill-Port il-Kbir kienet miftuħa għal konsultazzjonipubblika, biex in-nies jgħidu tagħhom dwar dan il-pjan.

“Nemmen bi sħiħ fil-viżjoni tagħna għall-Port il-Kbir u biex inwettquha rridu nissieħbu mal-komunità u ma’ min lest jinvesti b’rispett lejn l-istess viżjoni. Huwa proġett li primarjament jindirizza l-Port il-Kbir, iżda l-valur tiegħu huwa wieħed nazzjonali. Huwa proġett li jagħti direzzjoni ċara ta’ x’tip ta’ investiment irridu għal pajjiżna għas-snin li ġejjin,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Permezz tal-assistenza mit-tekniċi ta’ Grant Thornton, il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir se tkun qed tmexxi l-proċess tal-PMC li għandu l-għan li jkejjel il-livell ta’ interess minn investituri lokali u internazzjonali f’dik li hija meqjusa bħala l-ewwel u l-akbar fażi tal-pjan – iż-żona tal-Potato Sheds, is-sit tal-eks power station, l-Għolja tal-Ġiżwiti, il-Custom House, Mifsud Verandah u Bridge Wharf.

Din il-PMC, li se tkun miftuħa għal erba’ xhur, hija pass kruċjali biex jinġabru ideat, proposti u interess li jippermettu li fil-fażijiet li jmiss jiġi ffurmat qafas konkret għal sejħiet futuri għall-offerti.

Gino Cauchi, il-Kap Eżekuttiv tal-GHRC spjega kif wara li jingħalaq dan il-perjodu u jkun hemm viżibilità tal-interess, il-proċess jimxi għall-istadju li jmiss. “Il-proċess jimxi ’l quddiem billi jibdew diskussjonijiet aktar fid-dettall biex jiġu identifikati dawk li jistgħu jkunu l-ideat aħħarin u li fuqhom ikunu jistgħu jsiru aktar studji, preparamenti, proposti, taħditiet u konsultazzjonijiet. Dan huwaproċess twil u elaborat, iżda meħtieġ,” qal is-Sur Cauchi.

Il-Pre-Market Consultation qed issir wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-masterplan, li rat parteċipazzjoni wiesgħa mill-pubbliku, għaqdiet, entitajiet u stakeholders differenti. Il-prinċipji li qed jiggwidaw dan il-proġett jinkludu mixed-use development, protezzjoni tal-iskyline u tal-wirt storiku, koerenza arkitettonika, aċċess pubbliku, sostenibbiltà u reżiljenza klimatika – elementi li għandhom jiżgurawli dan ikun proġett future-proof u ta’ valur fit-tul bħala parti mill-Viżjoni Malta 2050.

Ir-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir qed titqies bħala proġett nazzjonali għall-futur ta’ Malta – proġett li joħloq ġid ġdid b’rispett lejn l-identità storika tiegħu u li jagħti ħajja ġdida lil waħda mill-aktar żoni emblematiċi tal-pajjiż.

Pre-Market Consultation announced for the first phase of the Grand Harbour Regeneration plan

The Minister for the Environment, Energy and Public Cleanliness, Miriam Dalli, announced an important new phase in the Government’s plan for the regeneration ofthe Grand Harbour. During a press conference, Minister Dalli formally launched the Pre-Market Consultation (PMC) – another strategic step towards delivering the ambitious vision to transform the Grand Harbour into an area of new opportunities offering moreattractive public spaces for people.

This international call is being issued following the Government’s proposal for the regeneration of parts of the Grand Harbour, which had been opened for publicconsultation to gather people’s views on the plan.

“I strongly believe in our vision for the Grand Harbour, and to deliver it we must work together with the community and with those willing to invest in line with this vision. This is a project that primarily focuses on the Grand Harbour, but its value is national. It provides a clear direction on the type of investment we want for our country in the years to come,” said Minister Miriam Dalli.

With technical assistance from Grant Thornton, the Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) will be leading the PMC process, which aims to gauge the level of interest from local and international investors in what is considered the first and largest phase of the plan – covering the Potato Sheds area, the former power station site, Jesuits’ Hill, the Custom House, Mifsud Verandah and Bridge Wharf.

This consultation, which will remain open for four months, is a crucial step to gather ideas, proposals and expressions of interest that will help shape a concrete framework for future calls for tenders in the next phases.

Gino Cauchi, Chief Executive Officer of the GHRC, explained that once this period closes and there is visibility of interest, the process will move to the next stage. “The process will move forward through more detailed discussions to identify what could become the final ideas, upon which further studies, preparations, proposals, discussions and consultations can be carried out. This is a long and complex process, but a necessary one,” said Mr Cauchi.

The Pre-Market Consultation follows the public consultation on the masterplan, which saw broad participation from the public, organisations, entities and variousstakeholders. The guiding principles of this project include mixed-use development, protection of the skyline and historical heritage, architectural coherence, public accessibility, sustainability and climate resilience – elements intended to ensure the project is future-proof and delivers long-term value as part of the Malta 2050 vision.

The regeneration of the Grand Harbour is being considered a national project for Malta’s future – one that creates new economic value while respecting its historical identity and giving new life to one of the country’s most emblematic areas.