Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli tinsisti dwar l-importanza ta’ servizz effettiv, effiċjenti u ta’ kwalità

Biex il-konsumatur igawdi minn titjib u kwalità ta’ servizz aħjar, kull servizz offrut mill-gvern irid ikun effettiv, effiċjenti u tal-ogħla livell. Dan jiddependi wkoll kemm jirnexxilna nillimitaw l-impatt fuq l-ambjent, kemm se nnaqqsu l-ħela u kemm se nagħmlu l-aqwa użu mir-riżorsi tagħna. Dan qalitu l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli waqt business breakfast organizzat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC).

“L-investiment fil-proġetti għas-snin li ġejjin mhux se jieqfu minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Għall-kuntrarju, se ninvestu iżjed u għalhekk jeħtieġ li jkollna standards stabbiliti f’servizz tant essenzjali għar-residenti”, qalet il-Ministru Dalli.

Il-WSC se tkun qed taħdem fuq proġetti b’total ta’ €160 miljun f’fondi mill-Unjoni Ewropea. Għall-ewwel darba, il-korporazzjoni qed toħroġ programm ta’ ħidma biex twassal għal standards ogħla fil-ħidma tagħha u s-servizz offrut lill-klijenti tagħha, li fl-aħħar mill-aħħar huma r-residenti ta’ Malta u Għawdex. Wieħed mill-għanijiet ta’ dawn il-proġetti huwa li titjieb it-togħma tal-ilma tal-vit.

Il-Ministru Dalli rrimarkat kif il-proċeduri li qed tippreżenta l-korporazzjoni huma ċ-ċavetta biex inżommu l-istandards meħtieġa.

Filwaqt li rringrazzjat lill-ħaddiema u s-service providers tal-ħidma tagħhom, il-ministru saħqet dwar kif entitajiet differenti iridu jkomplu jikkoperaw u jaħdmu flmkien, biex il-ħidma fuq livell orizzontali tkompli titjieb.

“Il-pjan ta’ ħidma tal-korporazzjoni huwa wieħed ambizzjuż bi proġetti li se jwasslu għal titjib fil-ħajja tal-poplu u fl-operat tal-korporazzjoni. Imma l-ambizzjoni ma ddejjaqnix; anzi ejja nkunu lesti għal sfidi u d-domanda għal-futur.”

Minn naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Ivan Falzon spjega kif il-pjan ta’ ħidma qed jagħti messaġġ ċar ta’ fiduċja u kuraġġ għall-ġejjieni, filwaqt li l-manwal ta’ operazzjoni se jkun akkumpanjat minn programm ta’ taħriġ għall-ħaddiema kollha fl-industrija. Barra minn hekk, il-korporazzjoni se tkun qed toħorġ sistema dinamika ta’ xiri (dynamic purchasing system) ddedikata għall-bżonnijiet partikolari tas-settur.

Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli highlights the importance of service which is effective, efficient and of good quality

In order for consumers to enjoy improved, good quality services, the government must focus on effectiveness, efficiency and on reaching the highest possible standards. Good service must be determined by how well we limit the impact on the environment, how much we manage to reduce waste and how much we make the best use of our resources. This was stated by Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli, during a business breakfast organised by the Water Services Corporation (WSC).

“The COVID-19 pandemic will not stop the investment in upcoming projects. To the contrary, we will invest more, and therefore we need to have set standards in place, for a service that is so essential for residents,” said Dr Dalli.

WSC will be working on projects worth €160 million in EU funds. For the first time, the corporation is issuing a work program to deliver higher standards in its work and the service offered to its clients, the residents of Malta and Gozo. Improving the taste of tap water is one of the aims of these projects.

Minister Dalli said that the procedures the corporation is presenting and implementing are key to maintaining the required standards.

Thanking workers and service providers for their work, the Minister said that different entities must sustain their cooperation and work in unison, so that their work may continue to improve on a horizontal level.

“The corporation’s work-plan is ambitious, with projects that will improve people’s lives and the operation of the corporation. Ambition does not dishearten us, rather let us be ready for tomorrow’s challenges and demands.”

The corporation’s Chief Executive Ivan Falzon explained that the WSC’s work plan sends a clear message of confidence and courage for the future, and the operation manual will be accompanied by a training program for all workers in the industry. In addition, the corporation will be issuing a dynamic purchasing system, dedicated to the particular needs of the sector.