Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Thousands gather at Salina National Park for Christmas in the Park

Eluf jinġabru fil-Park Nazzjonali tas-Salina għall-Christmas in the Park

Għal sena oħra, l-avveniment Christmas in the Park organizzat mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubbliku reġa’ ttella’ b’suċċess hekk kif eluf ta’ nies żaru l-Park Nazzjonali ta’ Salina matul dawn l-aħħar 10 ijiem.

L-edizzjoni tal-2025 kienet tinkludi attrazzjonijiet ġodda, passaġġ imdawwal, foresta maġika b’effetti tad-dawl, attivitajiet għat-tfal, u wirjiet minn artisti lokali, bands u korijiet tat-tfal.

Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli rringrazzjat lill-entitajiet li ħadu sehem u lill-impjegati tal-ministeru li organizzaw din l-attività li għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ l-isforzi favur is-sostenibbiltà. “Hija prijorità għalina li nlaqqgħu n-nies fil-parks tagħna tul is-sena kollha, speċjalment fi żmien il-festi. Dawn l-avvenimenti jgħinu biex inħeġġu l-komunitajiet jiltaqgħu u fl-istess ħin inkomplu nsaħħu l-għarfien dwar l-ambjent,” sostniet il-ministru.

Il-Ministru Dalli ħeġġet lill-pubbliku sabiex iqatta’ ftit ħin ta’ mistrieħ fl-ispazji miftuħa madwar il-gżejjer matul dawn il-festi.

Kull min attenda kellu l-opportunità li jipparteċipa f’attivitajiet interattivi u żar stands ta’ informazzjoni mtella’ minn entitajiet fosthom Saving Our Blue, id-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent Malta, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Circular Economy Malta, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, Project Green, Wasteserv, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni Pubblika, u r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.

Għal aktar informazzjoni dwar l-ispazji miftuħa u attivitajiet relatati, żur parksinmalta.mt jew żur il-midja soċjali ta’ Sostenibilità.​

Thousands gather at Salina National Park for Christmas in the Park

The Christmas in the Park event organised by the Ministry for the Environment, Energy and Public Cleanliness yet again proved to be an annual success as thousands flocked to the Salina National Park over the past 10 days.

The 2025 edition featured new attractions, an illuminated pathway, an enchanted forest with lighting effects, children’s activities, and performances by local artists, bands, and choirs.

Environment Minister Miriam Dalli thanked the Ministry employees and the participating entities for the organisation whilst continuing to push sustainability efforts. “Bringing people to our parks is a commitment we share throughout the year, especially during the festive season. These events help us bring communities together as we continue to promote environmental awareness,” the Minister said.

Minister Dalli encouraged everyone to continue to make full use of the open green spaces across the islands during these holidays.

Visitors engaged with interactive activities and information stands hosted by organisations including Saving Our Blue, the Directorate for Sustainable Development, Ambjent Malta, the Environment and Resources Authority, Circular Economy Malta, the Energy and Water Agency, Project Green, Wasteserv, the Water Services Corporation, the Public Cleaning and Maintenance Division, and the Regulator for Energy and Water Services.

For more information about Malta’s open spaces and related activities, visit parksinmalta.mt or social media page Sostenibilità.​