Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Wied iż-Żurrieq connected to the national sewage network for the first time ever

Wied iż-Żurrieq imqabbad man-network nazzjonali tad-drenaġġ għall-ewwel darba 

Tlestew ix-xogħlijiet prinċipali b’investiment ta’ €3 miljun f’Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi, mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Għall-ewwel darba fl-istorja, permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet, iż-żona ta’ Wied iż-Żurrieq tqabbdet man-netwerk tad-drenaġġ taż-Żurrieq. Għal numru ta’ snin is-sistema tad-drenaġġ fiż-żona ta’ Wied iż-Żurrieq kienet tiddependi fuq fosos privati għar-resident u n-negozji. It-tlestija ta’ dan ix-xogħol wassal għal titjib sinifikanti fis-saħħa pubblika u l-ambjent fiż-żona.

Waqt żjara fuq il-post mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-IlmaKarl Cilia u membri tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi, inkluż is-Sindku David Schembri ġie innutat ix-xogħol kollu li sar matul dawn l-aħħar xhur u l-importanza ta’ proġetti bħal dawn għat-tisħiħ tas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ.

Il-Ministru Miriam Dalli ddeskriviet dan it-tragward bħala eżempju ċar ta’ kif l-investiment fl-infrastruttura jtejjeb direttament il-kwalità tal-ħajja tar-residenti u n-negozji filwaqt li jipproteġi l-ambjent. Hija nnutat li Wied iż-Żurrieq kien ilu jiffaċċja l-inkonvenjent u r-riskji ambjentali assoċjati mal-fosos. Dan il-proġett jindirizza dik ir-realtà b’mod permanenti, billi jissalvagwardja l-wied, il-baħar, l-ilma tal-pjan, u l-komunitajiet tal-madwar. “Għal snin sħaħ, il-familji u n-negozji f’Wied iż-Żurrieq kellhom jiddependu fuq fosos privati. Dan il-proġett huwa investiment dirett biex is-sistema antika ta’ fosos tiġi eliminata darba għal dejjem u issa Wied iż-Żurrieq huwa imqabbad man-network nazzjonali tad-drenaġġ. Juri biċ-ċar l-impenn tagħna għal infrastruttura moderna u iktar robusta li tissalvagwardja l-widien tagħna, l-ilma tal-pjan tagħna, u l-komunitajiet tagħna, filwaqt li twassal servizz aktar sostenibbli lir-residenti.”

Ix-xogħlijiet li saru jinkludu l-ikkummissjonar ta’ pumping station ġdida, it-tqegħid ta’ 1.6km ta’ cable tad-dawl biex titħaddem il-pumping station, it-tiġdid ta’ 1km ta’ main tal-ilma tax-xorb, l-installazzjoni ta’ aktar minn 1km ta’ wastewater gravity main u t-tqegħid ta’ aktar minn 4km ta’ wastewater rising main. Diġà tlestew aktar minn 3,000 metru kwadru ta’ reinstatement bl-asfalt fiż-żona tal-proġett. In-network tad-drenaġġ issa ġie kkummissjonat kompletament u huwa 100% lest.

Il-Kap Eżekuttiv Karl Cilia qal li, “Dan il-proġett huwa parti mill-pjan ta’ investiment nazzjonali tal-Korporazzjoni ta’ €377 miljun, li qed iwassal għal titjib tal-infrastruttura tal-ilma u tad-drenaġġ madwar Malta u Għawdex. Dan jirrifletti l-impenn tagħna li nwasslu servizzi moderni u affidabbli lil kull lokalità filwaqt li niżguraw li nilħqu l-ogħla standards ta’ sostenibbiltà u responsabbiltà ambjentali.”

Il-proġett jifforma parti minn sforz nazzjonali usa’ biex jittejbu s-sistemi tad-drenaġġ ta’ Malta, jitnaqqsu r-riskji ta’ tniġġis, u jiġi żgurat li l-lokalitajiet kollha jibbenefikaw minn servizzi iktar affidabbli u li jħarsu l-ambjent.

Ix-xogħlijiet twettqu b’koordinazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali, ir-residenti u n-negozji sabiex jiġi żgurat li sakemm kienu qiegħdin isiru dawn ix-xogħlijiet l-inkonvenjent kien mill-inqas. Huwa permezz ta’ proġetti bħal dawn li juru l-impenn lir-residenti u n-negozji ta’ Wied iż-Żurrieq biex ikollhom infrastruttura li hija tal-għola kwalità kemm għal-preżent kif ukoll għall-futur.

Wied iż-Żurrieq connected to the national sewage network for the first time ever

The core works on a €3 million infrastructure project in Wied iż-Żurrieq, Qrendi, have been completed by the Water Services Corporation (WSC).

These works have now connected the Wied iż-Żurrieq area to the Żurrieq sewage network for the first time in its history. The project permanently ends the decades-long dependence on private cesspits that residents and businesses relied on, delivering a landmark improvement to public health and environmental protection in the area.

Progress on the project was reviewed during a site visit by Minister for the Environment, Energy and Public Cleanliness Miriam Dalli, alongside WSC Chief Executive Officer Karl Cilia and members of the Qrendi Local Council, including Mayor David Schembri.

Minister Miriam Dalli described this milestone as a clear example of how infrastructure investment directly improves quality of life while protecting the environment. She noted that Wied iż-Żurrieq had long dealt with the inconvenience and environmental risks associated with cesspits, and that this project addresses that reality permanently, safeguarding the valley, the sea, groundwater, and surrounding communities. “For years,families and businesses in Wied iż-Żurrieq had to rely on private cesspits. This project is about addressing that reality once and for all. It shows our commitment to modern infrastructure that safeguards our valleys, our groundwater, and our communities, while delivering a more sustainable service to residents.”

The works carried out include the commissioning of a new pumping station, the laying of 1.6km of electrical cable to power the pumping station, the renewal of 1km of potable water main, the installation of over 1km of wastewater gravity main, and the laying of more than 4km of wastewater rising main. More than 3,000 square metres of tarmac reinstatement have already been completed across the project area. The wastewater network is now fully commissioned and 100% complete.

CEO Karl Cilia placed the project within WSC’s broader national investment programme, noting that the community is now fully connected to the Corporation’s wastewater network. “This project is part of WSC’s national investment plan of €377 million, which is driving the upgrade of water and wastewater infrastructure across Malta and Gozo. It reflects our commitment to delivering modern, reliable services to every community while ensuring we meet the highest standards of sustainability and environmental responsibility.”

The project forms part of a wider national effort to upgrade Malta’s wastewater systems, reduce pollution risks, and ensure that all communities benefit from reliable andenvironmentally responsible services.

Works were carried out in full coordination with the local community, with the remaining tarmac reinstatement expected to be finalised in the coming days. This project represents a long-term investment supporting residents and businesses in Wied iż-Żurrieq for decades ahead.