Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

€400,000 scheme launched for roof insulation and double glazing

English Version :

The Ministry for the Environment, Energy and Enterprise together with the Regulator for Energy and Water Services (REWS) has launched a €400,000 scheme allowing the public to apply for support to install double or triple-glazed windows and/or roof insulation.

The scheme was announced by Minister Miriam Dalli and Eng. Marjohn Abela. The grant applies for systems for domestic use. This budgetary measure is funded by national funds and operated by REWS.

The scheme allows for the reimbursement of 50% of the eligible cost, up to a maximum of €1,000. The assistance covers retrofitted double or triple glazing and assistance on retrofitted roof insulation.

Following public feedback, the government sought to support existing buildings – such as old townhouses. The scheme is therefore open to residences that already have a roof or apertures that need to be changed.

Minister Miriam Dalli explained how the government is committed to continuing pursuing its vision toward decarbonization.

“We want to reduce emissions from energy sources, including by helping residences become more sustainable. Through such initiatives we are enhancing sustainability and increasing energy efficiency,” said Minister Dalli.

Eligible applicants can apply for a grant through the form available on the website of the Regulator for Energy and Water Services (www.rews.org.mt). Applications can be submitted from 16 June 2022 until the end of the year 2022.

Maltese Version :

Roof insulation u double glazing: €400,000 f’investiment għal effiċjenza fl-użu tal-enerġija

B’allokazzjoni ta’ €400,000, il-pubbliku se jkun jista’ jibbenefika mill-iskema tad-double jew triple glazing tat- twieqi u roof insulation biex jgħin fl-użu aktar sostenibbli tal-enerġija.

L-iskema tħabbret mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u mill-Kap Eżekuttiv tar- REWS (Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma), l-Inġ. Marjohn Abela. Permezz ta’ għotja fuq ix-xiri ta’ sistemi għall-użu domestiku, se tingħata l-għajnuna biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija. L-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali u mħaddma mir-REWS u hija wkoll miżura tal-Budget.

B’din l-iskema, il-gvern se jirrifondi 50% tal-ispiża eleġibbli, sa massimu ta’ €1,000. B’hekk, l-iskema se tkopri għajnuna sa massimu ta’ €1,000 fuq retrofitted double jew triple glazing u għajnuna massima ta’ €1,000 fuq retrofitted roof insulation.

Wara li l-pubbliku wera interess għal roof insulation u double jew triple glazing, il-gvern ħaseb biex permezz ta’ din l-iskema jissussidja djar antiki eżistenti li m’għandhomx din it-tip ta’ protezzjoni. Din l-iskema hija miftuħa għal min diġà għandu l-bejt u l-aperturi lesti u jrid jibdilhom.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-gvern huwa impenjat ikompli jwettaq il-viżjoni tiegħu lejn id- dekarbonizzazzjoni.

“Il-viżjoni tagħna hi li nnaqqsu t-tniġġis minn sorsi ta’ enerġija, anke billi ngħinu lir-residenzi jkollhom binjiet aktar sostenibbli. Permezz ta’ dan qed insaħħu s-sostenibbiltà u nżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija,” qalet il- Ministru Dalli.

L-applikanti eliġibbli jistgħu japplikaw għal din l-għotja permezz tal-formola li tinsab fuq is-sit elettroniku tar- Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (www.rews.org.mt). Applikazzjonijiet għal din l-iskema jibdew jiġu milqugħa mis-16 ta’ Ġunju 2022 sal-aħħar tas-sena 2022.