Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

The second phase of works at Wied Inċita underway

Għaddejja t-tieni fażi tax-xogħlijiet f’Wied Inċita

Jitħawlu 190 siġra mis-Sliema Wanderers Youth Academy

Permezz ta’ inizjattiva bejn Sliema Wanderers Youth Academy u Ambjent Malta, tħawlu 190 siġra bħala parti mit-tieni fażi ta’ Wied Inċita f’Ħ’Attard. Dan il-park se jikber b’7,000 metru kwadru ieħor.

Numru ta’ tfal rappreżentanti tas‑Sliema Wanderers Youth Academy flimkien mal-familji tagħhom ipparteċipaw fl-attivitajiet edukattivi u ambjentali.

Il‑Ministru għall‑Ambjent, Miriam Dalli, attendiet l‑avveniment u żaret ix-xogħlijiet flimkien mal-membri tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard u uffiċjali ta’ Ambjent Malta.

Filwaqt li ngħaqdet mat-tfal waqt it-tħawwil tas-siġar, tkellmet dwar ix‑xogħlijiet li bħalissa għaddejjin f’Wied Inċita li jinkludu interventi ekoloġiċi, proġetti ta’ restawr ambjentali u tkabbir tal-park.

“Grazzi għall-inizjattiva ta’ Sliema Wanderers Youth Academy, qed inħawlu aktar siġar fit-tieni fażi tal-proġett ta’ Wied Inċita. Diġà ftaħna l-ewwel fażi ta’ Wied Inċita; 20,000metru kwadru ta’ spazju ambjentali għall-familji. Fit-tieni fażi se naraw 7,000 metru kwadru biex imbagħad inkomplu nespandu dan il-park f’Ħ’Attard,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

F’dan il-park ser jitħawlu diversi siġar lokali u indiġeni bħala parti mix‑xogħlijiet li għaddejjin.

 

The second phase of works at Wied Inċita underway

190 trees planted by Sliema Wanderers Youth Academy

Through an initiative between Sliema Wanderers Youth Academy and Ambjent Malta, 190 trees were planted as part of the second phase of Wied Inċita in Ħ’Attard. The park will be expanded by a further 7,000 square metres.

A number of children representing the Sliema Wanderers Youth Academy, together with their families, took part in educational and environmental activities.

Environment Minister Miriam Dalli attended the event and visited the works together with members of the Ħ’Attard Local Council and officials from Ambjent Malta.

While joining the children in planting the trees, she spoke about the works currently underway at Wied Inċita, including ecological interventions, environmental restoration projects, and the expansion of the park.

“Thanks to the Sliema Wanderers Youth Academy initiative, we are planting more trees as part of the second phase of the Wied Inċita project. We have already opened the first phase of Wied Inċita: 20,000 square metres of environmental space for families. In the second phase, we will see another 7,000 square metres, after which we will continue expanding this park in Ħ’Attard,” said Minister Miriam Dalli.

Several local and indigenous trees will be planted in the park as part of the ongoing works.