Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Works start at Ġnien ta’ Kalċi, Marsaxlokk

Beda x-xogħol fi Ġnien ta’ Kalċi f’Marsaxlokk

Żona ta’ madwar 6,500 metru kwadru se tinbidel f’żona t’afforestazzjoni

Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Ministru għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi flimkien mat-tim ta’ Project Green u s-Sindku ta’ Marsaxlokk Steven Grech flimkien ma’ membri oħra tal-Kunsill Lokali, żaru Ġnien ta’ Kalċi (Kavallerizza) f’Marsaxlokk fejn ħabbru x-xogħlijiet fuq dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni ambjentali.

B’investiment ta’ aktar minn miljun ewro, żona ta’ madwar 6,500 metru kwadru, qed tiġi riġenerata bħala parti minn sforzi akbar fit-tisħiħ t’infrastruttura f’żoni urbana.

Il-Ministru Miriam Dalli saħqet fuq l-importanza ta’ dawn il-proġetti fejn jindirizzaw sfidi ambjentali.  Dan il-proġett huwa mmirat biex isaħħaħ il-bijodiversità fejn permezz ta’ dan il-proġett qed jara li jkun hemm żieda t’aktar insetti. Permezz ta’ restawr naturali, dan il-proġett se jwassal għal ekosistema b’saħħitha u reżiljenti. “Illum qed naraw l-implimentazzjoni ta’ numru ta’ proġetti, propju Ġnien ta’ Kalċi huwa wieħed mis-16-il proġett fil-kommunitajiet grazzi għall-iskema Community Greening Grant. Dawn il-proġetti kienu possibbli grazzi għal Kunsilli Lokali u għaqdiet ambjentali, fejn ġew bi proposti, u llum qed naraw dawn il-proġetti jieħdu l-ħajja,”rrimarkat il-Ministru Dalli.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi, qal: “Ġnien ta’ Kalċi huwa eżempju ċar ta’ kif il-fondi Ewropej jistgħu jgħinu biex inħarsu u nsaħħu l-ambjent tagħna. B’investiment ta’ aktar minn miljun ewro dan il-post qed jinbena biex ikun spazju naturali mħares, li jżomm u jivalorizza l-bijodiversità, u fl-istess ħin jipprovdi ambjent miftuħ u aċċessibbli għal kulħadd. Huwa proġett li verament jgħin biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies u nippromwovu ambjent aktar sostenibbli għall-futur.”

Apparti l-benefiċċji ekoloġiċi, il-proġett għandu l-għan li jimitiga t-tibdil fil-klima. Bl-introduzzjoni ta’ veġetazzjoni li se jassorbu l-karbonju f’din iż-żona. Dan it-tħawwil se jwassal għal madwar 2,800kg addizzjonali ta’ CO2 fis-sena u b’hekk mhux biss ikunu qed jonqsu l-emissjonijiet iżda tkun qed titjieb il-kwalità tal-arja tar-residenti.

Tristjan Nikolic, il-Project Manager f’dan il-proġett rrimarka kif dan il-proġett se jkun  qed jindirizza t-tibdil fil-klima. “F’dan il-proġett, se nkunu qed inħawlu mal-195 siġra u 105 arbuxell, magħżula apposta biex jissaportjaw l-ekosistema lokali u jikkontribwixxu lejn il-mitigazzjoni fit-tibdil fil-klima.”

Ġnien ta’ Kalċi huwa ffinanzjat permezz tal-Fondi tal-UE tal-Miżura 8.5 u jifforma parti mill-Community Greening Grant Scheme. Bħalissa x-xogħlijiet huma għaddejjin u għandhom l-għan li jagħtu l-ħajja spazju miftuħ li jservi funzjonijiet ekoloġiċi u soċjali f’Marsaxlokk u r-residenti tiegħu.

Works start at Ġnien ta’ Kalċi, Marsaxlokk

An area of approximately 6,500 square metres to be significantly afforested

Minister for the Environment, Energy and Enterprises Miriam Dalli and Minister for European Funds and Implementation of the Electoral Programme Stefan Zrinzo Azzopardi accompanied by Project Green officials and representatives from the Marsaxlokk Local Council, visited Ġnien ta’ Kalċi (Kavallerizza) in Marsaxlokk to mark the launch of works on an environmental regeneration project.

Spanning an area of approximately 6,500 square metres, the project represents an investment of over €1 million and forms part of wider efforts to enhance green infrastructure across urban areas.

Minister Miriam Dalli highlighted the importance of such projects to address environmental challenges. The project is designed to directly strengthen biodiversity by creating habitats for pollinating insects. By restoring natural habitats, the initiative will contribute to a healthier and more resilient ecosystem will develop. “Today we are seeing the implementation of a number of projects. Ġnien ta’ Kalċi is one of 16 open space projects within communities as part of the Community Greening Grant scheme. This was made possible thanks to Local Councils and environmental organisations, who came forward with proposals, and we are now working together to bring these projects to life,” Minister Dalli stated.

Minister Stefan Zrinzo Azzopardi said: “Ġnien ta’ Kalċi is a clear example of how European funds can help us protect and strengthen our environment. With an investment of over one million euro, this site is being developed as a protected natural space that preserves and enhances biodiversity, while also providing an open and accessible environment for everyone. It is a project that truly helps improve people’s quality of life and promotes a more sustainable environment for the future.”

In addition to its ecological benefits, the project will also help mitigate climate change. The introduction of new vegetation will increase carbon absorption capacity within the locality. The combined planting will result in approximately 2,800 kilograms of additional CO₂ sequestration annually. This will not only help reduce greenhouse gas levels but also contribute to improved air quality for residents.

Ġnien ta’ Kalċi demonstrates a strong commitment to sustainable urban development, balancing environmental protection with community needs.

Tristjan Nikolic, the project manager, stated that this project aims to address climate change. “In this garden, we will be adding around 195 trees and 105 shrubs, carefully selected to support local ecosystems and contribute towards climate change mitigation.”

Ġnien ta’ Kalċi is funded through EU Funds under Measure 8.5 and forms part of the Community Greening Grant Scheme. The project is now underway and is expected to deliver a revitalised green space that will serve both ecological and social functions for Marsaxlokk and its residents.