Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Energy Minister Miriam Dalli thanks workers as IC1 back in full operation

Ix-xogħol fuq it-tieni interconnector kompla javvanza

Il-Ministru Dalli tirringrazzja lill-ħaddiema wara li reġa’ beda jopera l-ewwel interconnector hekk kif intefa b’mod pjanat biex ikomplu x-xogħlijiet fuq it-tieni interconnector

L-ewwel interconnector (IC1) ġie mixgħul b’mod sigur wara li tlestew l-interventi tekniċi meħtieġa fit-Terminal Station ta’ Ragusa, fi Sqallija. Ix-xogħlijiet, li jirrappreżentaw pass ieħor ’il quddiem fl-iżvilupp tat-tieni interconnector (IC2), twettqu filwaqt li nżammet l-istabbiltà sħiħa tas-sistema tal-elettriku nazzjonali.

Il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli rringrazzjat lill-ħaddiema għax-xogħol li sar b’suċċess kemm minn Enemalta plc kif ukoll minn Interconnect Malta (ICM). Ix-xogħol ġie kkoordinat minn Enemalta, Interconnect Malta, Terna Energy Solutions u l-Operatur tas-Sistema tat-Trażmissjoni Taljana.

“Li nżommu l-istabbiltà tal-elettriku nazzjonali hija dejjem prijorità għalina waqt dawn ix-xogħlijiet, u li din tinkiseb mhijiex ħaġa żgħira. Is-servizz diliġenti u professjonali ta’ dawn it-timijiet tekniċi assigura li dawn ix-xogħlijiet kumplessi ġew finalizzati fil-perjodu stipulat, filwaqt li ngħatat prijorità lis-sigurtà u l-affidabilità tas-sistema,” qalet il-Ministru Dalli.

Kif tħabbar is-Sibt li għadda, l-intervent skedat talab is-sospensjoni temporanja tal-IC1 sabiex ikun jista’ jsir ir-rerouting tal-cables tal-kontroll bi preparazzjoni għax-xogħlijiet fuq il-pedamenti għal hybrid switchgear ġdid ta’ 220kV. Dan it-tagħmir huwa importanti għall-implementazzjoni tal-IC2, billi jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa biex jiġi konness shunt reactor li ser itejjeb ir-reżiljenza taż-żewġ interconnectors.

Tul perjodu ta’ jumejn, Enemalta żgurat li n-network nazzjonali baqa’ stabbli u sigur.

Proġetti bħal IC2, li huwa kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) tal-Unjoni Ewropea, huma essenzjali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u biex tissokta l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala kbira.

Energy Minister Miriam Dalli thanks workers as IC1 back in full operation

The first interconnector (IC1) has been successfully re-energised and returned to full operational service following a coordinated shutdown as works on the second interconnector (IC2) progress

The first interconnector (IC1) has been safely restored to service following the completion of essential technical interventions at the Ragusa Terminal Station in Sicily. The works, which represent a significant step forward in the delivery of the second interconnector (IC2), were carried out whilst maintaining full national electricity stability.

Minister for Energy Miriam Dalli has thanked workers for the successful completion of this round of works by Enemalta plc and Interconnect Malta (ICM). The works were coordinated by Enemalta, Interconnect Malta, Terna Energy Solutions, and the Italian Transmission System Operator.

“Maintaining national electricity stability is always a priority during such works, and achieving it is no small feat. The diligent and professional service of these technical teams ensured that these complex works were finalised within the established timeframe, prioritising safety and system reliability,” the Minister stated.

As announced last Saturday, the scheduled intervention required the temporary suspension of IC1 to allow for the safe rerouting of control cables in preparation for the foundations of a new 220kV hybrid switchgear. This equipment is vital for the integration of the IC2, providing the necessary infrastructure to connect spare shunt reactors and enhance the resilience of both interconnectors.

Throughout a two-day period, Enemalta ensured that the national grid remained stable and secure.

Projects such as IC2, which is co-financed by the European Union’s European Regional Development Fund (ERDF), are essential for reducing carbon emissions and facilitating the further integration of large-scale renewable energy sources.