Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Works start on Mellieħa garden

Il-komunitajiet fil-qalba tas-sostenibbiltà: skema biex tissaħħaħ l-azzjoni tal-volontarjatJibdew ix-xogħlijiet fuq ġnien fil-Mellieħa

Proġett viċin madwar 3,000 resident

Fi Triq il-Għasel fil-Mellieħa, għaddej xogħol fuq medda ta’ art ta’ madwar 2,000 metru kwadru f’żona residenzjali.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa waqt żjara fuq ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq dan is-sit.

Bħalissa għaddej xogħol ta’ skavar ġibjun fuq tlett livelli li jesgħu mal-380 metru kubu għat-tisqija ta’ dan il-ġnien.  B’investimentta’ madwar miljun u nofs ewro dan il-proġett se jkollu diversi passaġġi differenti u se jkun qed jinkorpora bini ta’ workshops edukattivi kif ukoll faċilitajiet pubbliċi.

Dan il-proġett se jara it-tħawwil ta’ 64 siġra u 150 arbuxell.

“Proġett wara l-ieħor qed inkomplu ntejbu l-ambjent ta’ madwarna u l-kwalità tal-ħajja tan-nies fil-lokalitajiet tagħhom. Dan filwaqt li qed inkomplu nwettqu l-wegħda tagħna li nipprovdu aktar spazji miftuħa f’lokalitajiet differenti qrib ir-residenti. Fil-fatt dan il-proġett se jkun qed jolqot mat-3,000 resident,” rrimarkat il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Project Manager fuq dan il-proġett, Chiara Darmanin qalet kif dan il-proġett huwa parti minn sensiela ta’ proġetti li qed taħdemfuqhom Project Green. Dan il-proġett fil-Mellieħa, huwa wieħed minn 19-il proġett li l-Aġenzija Project Green bħalissa għaddejja b’ħidma fuqhom. “F’dan is-sit bħalissa għaddej xogħol ta’ skavar fil-blat biex infasslu l-bażi ta’ dan il-ġnien, fejn taħt se jkun qed ikollna ġibjun biex jintuża għat-tisqija tal-istess ġnien.”

Works start on Mellieħa garden

A project close to around 3,000 residents

On Triq il-Għasel in Mellieħa, work is underway on a stretch of land of about 2,000 square metres in a residential area.

This was announced by the Minister for the Environment, Miriam Dalli, together with the Mellieħa Local Council during a site visit to the ongoing works.

Currently, excavation works are taking place for a three-level reservoir with a capacity of approximately 380 cubic metres for the irrigation of this garden. With an investment of around €1.5 million, the project will include various pathways and will incorporate the construction of educational workshops as well as public facilities.

The project includes the planting of 64 trees and 150 shrubs.

“Project after project, we are continuing to improve our environment and the quality of life of people in their localities. At the same time, we are fulfilling our promise to provide more open spaces in different areas close to residents. In fact, this project will benefit around 3,000 residents,” remarked Minister Miriam Dalli.

The project manager for this project, Chiara Darmanin, said that this project is part of a series of projects being carried out by Project Green. The Mellieħa project is one of 19 that the Project Green Agency is currently working on. She added that excavation works are currently taking place in the rock to prepare the base of the garden, where a reservoir will be built underneath to be used for irrigation of the same garden.